IL-QUWS JINŻAMM ARRESTAT B’RABTA MA’ TRAFFIKAR TA’ DROGA
ONE.COM.MT • Melvin Debono magħruf bħala ‘l-Quws’ inżamm arrestat wara li allegatament inqabad b’pussess ta’ droga kokaina, maħsuba li se tiġi traffikata. ONE News għandu f’idejh filmati esklussivi ta’ rejd li sar f’Ħal Qormi nhar l-Erbgħa li għadda fejn fih ġie arrestat Debono. L-aħbarijiet mill-Qorti fis-servizz li jmiss. KITBA: ONE NEWS FILMAT: ARKIVJI Melvin Debono, magħruf bħala ‘il-Quws’ baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti, mixli bi traffikar ta’ droga. L-imputat, li għandu tletin sena, u li jaħdem bħala bejjiegħ ta’ karozzi, ċaħad li fil-pussess tiegħu kellu tliet mitt gramma droga kokaina. Huwa kien mixli li huwa riċediv, minħabba li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fuq erba’ sentenzi differenti. Il-Prosekuzzjoni fissret li l-Pulizija kienet mgħarrfa b’mod kunfidenzjali li kien se jsir traffikar ta’ droga bejn żewġ persuni. Intqal ukoll li fuq l-imputat instabu tliet mitt gramma kokaina. L-Avukat Difensur Franco Debono stqarr li għalkemm l-ammont ta’ droga mhuwiex żgħir, imma lanqas hu kbir ħafna. Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest liema talba ġiet miċħuda. ONE News kien segwa l-arrest tal-‘Quws’ f’Ħal Qormi b’filmati esklussivi t’arrest ukoll ta’ diversi persuni b’rabta ma’ traffikar tad-droga. Erba’ persuni tressqu lbieraħ il-Qorti b’rabta ma’ rejds li twettqu mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. Il-Qorti ddikjarat li l-arrest ta’ tlieta minnhom kien invalidu filwaqt li l-persuna l-oħra ngħatat il-libertà proviżorja. MHUX SE JKUNU ŻVELATI ISMIJIET T’UFFIĊJALI Il-Qorti li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Miriam Hayman ċaħdet talba li għamlu l-avukati ta’ Yorgen Fenech, biex jiġu żvelati ismijiet tal-Uffiċjali tas-Servizzi Sigrieti Maltin li għaddew informazzjoni li wasslet għall-arrest ta’ Fenech fl-2019. L-avukati ta’ Fenech argumentaw li din l-operazzjoni kienet illegali madankollu l-Imħallef qalet li Fenech ġie arrestat meta kien qed jipprova jaħrab mill-pajjiż, u għalhekk huwa irrelevanti jekk jiġux żvelati dawn l-ismijiet jew le. SE JINGĦATAW INFORMAZZJONI MILL-MOBILE TA’ SCHEMBRI Il-Qorti laqgħet it-talba ta’ Yorgen Fenech li jingħata l-informazzjoni li ttieħdet mill-mobile ta’ Keith Schembri. L-Avukati ta’ Fenech qed isostnu li fil-mobile ta’ Schembri hemm informazzjoni li hija importanti għall-każ tagħhom. L-Avukat tal-Istat informa lill-Qorti, li l-Uffiċċju mmexxi minnu mhux se jkun qed jappella minn din id-deċiżjoni, u għalhekk il-Kummissarju se jkun qed jagħti din l-informazzjoni lill-Avukati ta’ Fenech, anke jekk dan ifisser li l-investigazzjoni tiġi preġudikata. IL-QORTI TRID TISMA’ AKTAR XHIEDA anker El Hiblu. Il-Qorti ordnat biex tiġi stabbilita l-lista ta’ persuni li kienu ġew salvati mit-tanker El Hiblu. Dan hekk kif kompla jinstema’ l-każ kontra t-tliet akkużati, li qed ifittxu ażil u huma mixlija li ħatfu t-tanker. Il-Qorti qed tipprova tisma’ x-xhieda tal-immigranti kollha li kellhom x’jaqsmu f’dan il-każ li jmur lura għall-elfejn u dstatax, madankollu ma setgħetx tiġi provduta lista ta’ dawn il-persuni u d-dettalji tagħhom. In-numru ta’ immigranti jaqbeż il-mija. Uħud mix-xhieda li kienu fuq it-tanker qalu li ma jafux ħafna dettalji. Hawnhekk, l-Ispettur Omar Zammit stqarr li kien ra wieħed mix-xhieda jitkellem b’ċertu kunfidenza ma’ wieħed mill-akkużati.

IKTAR MINN €5,000 GĦAND MARTIN U TRAB ABJAD FIL-KĊINA TA’ DEBONO

JIXHED IS-SIEĦEB FIN-NEGOZJU MA’ YORGEN FENECH

Il-Ħsibijiet ta' Mark - Il-Ħabs (Xarabank 19.02.16)

JINŻAMMU ARRESTATI B’RABTA MAS-SERQA MILL-AFM

Arab Girls SEDUCE the Stage with Dance.. This Was Breathtaking!

“JIEN MHUX SE NIDDEJJAQ INTAJJAR TNEJN”

JIĊĦAD LI QATT MA TKELLEM DWAR IL-QTIL TA’ DCG MA’ FENECH

Bloodthirsty killers: Inside El Salvador’s CECOT prison of terror, home to MS-13 and Barrio 18 gangs

INSEGWU T-TAĦRIĠ TAL-PULIZIJA QABEL IŻ-ŻJARA TAL-PAPA

Daphne Caruana Galizia's family speak out: 'Journalism was her life'

WHO IS STRONGER? Anatoly VS Bodybuilder | Pretended to be a CLEANER

When Tyson Faced the Smash Machine

L-ARREST TA' MELVIN DEBONO 'IL-QUWS' WARA REJD F'ĦAL QORMI

'I am Tumas Fenech’s son, but his family refuses a DNA test'

JANITOR vs THE BIGGEST GUY IN THE GYM. HE Didn’t Expect THAT

Xarabank - L-istorja ta' Domnic

Inside Serbia's Arkan's Tigers Mafia: The War Criminal Gangsters

From conviction for attempted murder to reform – The Louis Mallia Story

INVESTIGAZZJONI QRIB IT-TMIEM

