INSEGWU T-TAĦRIĠ TAL-PULIZIJA QABEL IŻ-ŻJARA TAL-PAPA
ONE.COM.MT • Din kienet ix-xena li rajna hekk kif wasalna fiċ-Ċentru ta’ Taħriġ tal-Korp tal-Pulizija f’Ta’ Kandja hekk kif il-pulizija tal-Ispecial Interventions Unit kienu għaddejjin bl-aħħar taħriġ lejlet il-wasla ta’ Papa Franġisku f’pajjiżna. Il-Papa mhuwiex biss il-Kap tal-Knisja Kattolika iżda wkoll Kap tal-Istat tal-Vatikan u allura jirrekjedi sigurtà massima. Tkellimna mal-ispettur Malcolm Sammut, li spjegalna kif l-Ispecial Interventions Unit fi ħdan il-korp tal-Pulizija ser tkun fdata bis-sigurtà tal-Papa tul iż-żjara tiegħu fi tmiem il-ġimgħa. MALCOLM SAMMUT SPETTUR “Is-sezzjoni tagħna l-Ispecial Intervention Unit, aħna ser naħdmu bħala close protection detail mal-Papa Franġisku. Dan jiġifieri nkunu l-iżjed nies qrib u li nkunu qed nagħtu s-sigurtà fl-iktar proximity viċin tal-Papa. Kif ukoll magħna jkun hawn wkoll pulizija mir-Rapid Intervention Unit li wkoll qed nagħmlu diversi taħriġ flimkien sabiex fil-ġurnata kollox jimxi kif suppost u kollox kif ippjanat.” ONE News segwa sessjoni sħiħa ta’ taħriġ ta’ grupp ta’ uffiċjali tal-SIU, bl-abiltajiet tagħhom jiġu ttestjati b’numru ta’ ostakoli u gassijiet. L-ispettur Sammut spjegalna kif f’sessjonijiet bħal dawn l-uffiċjali jidraw jaħdmu taħt pressjoni. MALCOLM SAMMUT SPETTUR “Aħna nippruvaw intellgħu il-heart rate tal-pulizija waqt it-taħriġ, għalfejn, għax int meta jinqala’ xi ħaġa l-heart rate ħa togħla. Anke wkoll nippruvaw nagħmlu, just in case, f’każ ta’ emerġenza, jiġifieri anke ċertu medical training, apparti li jingħatalhom anke matul is-sena nippruvaw ukoll f’dawn il-ġimgħat ta’ training li għamilna ad hoc ikun hemm involut ċertu medical training ukoll u kif rajtu dalgħodu wkoll b’ċertu affarijiet li jinqalgħu ta’ dak il-ħin.” L-ispettur Sammut qalilna kif il-pulizija għandha żewġ avvenimenti kbar f’temp ta’ ġimgħa madankollu bis-saħħa ta’ investiment li sar u d-dedikazzjoni ta’ kull min huwa involut wara s-suċċess li l-pulizija kellhom fil-qadi ta’ dmirijiethom fi żmien l-elezzjoni, jinsabu ppreparati għaż-żjara tal-Papa f’pajjiżna. MALCOLM SAMMUT SPETTUR “Bl-ippjanar li għamilna nista’ ngħidlek b’wiċċi minn quddiem illi morna tajjeb ħafna kif ukoll b’ċertu investimenti li saru. Ċertu taħriġ seta’ jibqa’ għaddej b’ċertu investimenti li saru fil-loġistika kif ukoll bid-dedikazzjoni fl-aħħar mill-aħħar tan-nies għax id-dedikazzjoni hija kbira speċjalment meta għandek diversi mhux biss sezzjonijiet ta’ pulizija iżda għandek ukoll diversi entitajiet tal-Gvern u anke oqsma oħra.”

IL-PULIZIJA MA NAQSITX FID-DELITT TA’ GHIRXI

ĠUVNI ARRESTAT WARA LI SAQ FUQ MUTUR TAL-PULIZIJA

LEJL MAL-PULIZIJA TAR-RAPID INTERVENTION UNIT

Il-Korp programme 11 - St. Julian’s Police Station

Join The Malta Police Force

TISLIMA KIF XIERAQ GĦAL PERSUNA LI KIENET TAF TĦOBB

FORCES | Special Intervention Unit

L-ALLEGAT QATTIEL TA’ BERNICE CASSAR ARRESTAT U SE JITRESSAQ IL-QORTI

John Rizzo | Qtil ta’ Pulizija

L-UFFIĊJALI TAL-RIU MSEJĦA BIEX JASSISTU F’2,064 KAŻ

HOLY ROSARY TODAY THURSDAY, JUNE 11, 2026 ST. JUDE THADDEUS & LUMINOUS MYSTERIES | DAILY HOLY ROSARY

EVRA JFAĦĦAR IS-SBUĦIJA TA’ MALTA

LEJL MAL-UFFIĊJALI TAR-RAPID INTERVENTION UNIT

US shoots down 2 Iranian one-way attack drones, according to official

Pravi sarajevski ćevapi kod kuće – Tajna sočnih i mekanih ćevapa!

INVESTIGAZZJONI QRIB IT-TMIEM

"L-isbaħ rigal li stajt nagħtiha lil ommi li tarani bilgħaqal" - Aiden

Jasmina Paunović: Ako do sada nisu prikupljeni dokazi protiv Milića, neće se uspeti ni kasnije

SENA ILU RRIŻENJA BERNARD GRECH

