Ħelsien Doku Film - 2025

Dokumentarju li juri kif kienet is-socjeta Maltija fis-snin sittin u l-impenn li kellu l-Partit Laburista fil-gvern immexxi minn Dom Mintoff wara l-1971 sabiex jibdel lil Malta socjalment, politikament u ekonomikament fit-triq mimlija sfidi lejn il-31 ta' Marzu 1979. Id-dokumentarju jimxi passa pass fit-triq tan- negozjati iebsa bejn il- gvern Malti u dak Ingliz, li damu ghaddejin ghal 9 xhur shah minn Gunju 1971 sa Marzu 1972. Isma x'kien qal il-Prim Ministru Mintoff fis- seduta Parlamentari storika tad-29 ta' Dicembru 1971 meta l- gvern Malti ta ultimatum lil dak Ingliz. Bil-ftehim milhuq f' Marzu 1972 il-bazi militari Ingliza kienet se taghlaq ghal dejjjem fil-31 ta' Marzu 1979 waqt li sa din id- data Malta inghatat €1.5 biljun f'ghajnuna biex tiddiversifika l- ekonomija taghha. Insiru nafu iktar dwar meta ppruvaw jixtru deputat Laburista bil- ghan li jwaqqghu lill gvern ta' Dom Mintoff li kellu maggoranza ta' siggu wiehed u meta l- Grupp Parlamentari Nazzjonalista wettaq kumplott biex ikecci lill-Kap tal partit George Borg Olivier. Minn naha tieghu l- Gvern Laburista kien ghaddej b'hidma bla heda biex ihejji l-pedamenti li fuqhom kellu jinbena l-futur li pajjizna qatt ma kien ghex. ONE.COM.MT