SERQA MILL-KNISJA TA’ BORMLA

ONE.COM.MT • Aħbar li xxukjat il-komunitá ta’ Bormla hija s-serqa kbira li seħħet matul il-lejl li għadda. Serqa li rat mhux biss bosta oġġetti ta’ valur li jintużaw waqt il-quddiesa jiġu misruqa iżda wkoll oġġett xempju tad-devozzjoni kbira tan-nies tal-lokal lejn l-Immakulata Kunċizzjoni.