TA’ REPUBBLIKA JIFIRĦU BIR-RIŻENJI TA’ DELIA MILL-PN
ONE.COM.MT • KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT ARKIVJI Tal-għaqda Repubblika ħarġu juru s-sodisfazzjon tagħhom għar-riżenja t’André Grech minn Kunsillier Nazzjonalista u mill-Partit Nazzjonalista. Permezz ta’ Michael Zammit Maempel, wieħed li jitkellem fl-attivitajiet ta’ Repubblika, l-għaqda mmexxija minn ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina ħarġet tifraħ għax alleat ta’ Delia telaq mill-Partit Nazzjonalista. “Good riddance”, kiteb ta’ Repubblika għal Kunsillier, issa indipendenti fuq Ħal Balzan. “Għalaq il-bieb warajk u ara tazzarda tiġi lura”, żied jgħid ta’ Repubblika lil dak li baqa’ dejjem wara Adrian Delia. Ta’ Repubblika kompla bil-kliem iebes u staqsa jekk André Grech kienx diġà sparixxa meta Delia ma reġax ġie elett Kap tal-Partit Nazzjonalista. L-Erbgħa filgħaxija, André Grech saħaq li rriżenja mill-Partit Nazzjonalista wara li Bernard Grech naqas milli jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Comodini Cachia, li ħarġet tattakka lil Adrian Delia fuq il-kawża ta’ libell li fetaħ kontra l-Lovin Malta, is-sit li għad għandu kontroll enormi fuqu l-istrateġista ta’ Bernard Grech, Chris Peregin. André Grech kien qal li ma jiflaħx jibqa’ f’partit fejn tirrenja l-mibegħda. “Delia kien imċanfar għax morna fuq il-Fosos bil-flokkijiet ta’ Team Delia u wara l-kummenti ta’ Comodini Cachia qed ngħidu li l-partit huwa magħqud”, saħaq André Grech. Zammit Maempel ta’ Repubblika diġà kien ħareġ jiddefendi lil Comodini Cachia li sejħet l-eżami li għamel Delia fil-bidu ta’ din il-ġimgħa fil-Qorti fuq l-editur tal-Lovin Malta bħala surreali u ‘poor taste’. Fil-fatt din il-ġimgħa stess, ta’ Repubblika qal li Comodini Cachia għamlet sew li ħarġet kontra Delia, f’dak li Repubblika fissret bħala bullying minn Adrian Delia fuq is-sit Lovin Malta. Adrian Delia beda jsaqsi mistoqsijiet lill-editur tal-Lovin Malta Julian Bonnici fuq rapport tas-sit li fih intqal li waqt dibattitu parlamentari wara li sar magħruf li Yorgen Fenech huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black, Delia kien f’kuntatt ma’ Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech baqa’ qatt ma ħareġ jiddefendi lil Adrian Delia, li dejjem ċaħad ir-rapport tal-Lovin Malta. Fil-fatt meta t-Tlieta filgħaxija staqsejna lil Bernard Grech dwar il-kwistjoni, huwa deher skomdu ħafna biex jitkellem dwar il-materja. Fl-aħħar jiem ukoll it-tmexxija Nazzjonalista ppruvat tagħti l-impressjoni li s-saga bejn Comodini Cachia u Delia hi każ magħluq. Dan għamlitu permezz tal-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut, li qal li l-Kap iltaqa’ maż-żewġ Deputati Nazzjonalisti. Madankollu Adrian Delia kkonferma li kull ma għamel il-Kap Bernard Grech kien li ċempillu u Delia rrimarka li b’telefonata ma tagħlaqx l-affarijiet. ADRIAN DELIA DEPUTAT NAZZJONALISTA Jiena fuq it-telephone ma tantx inħobb nagħmel konklużjonijiet għaliex ma naħsibx li b’telefonata huwa l-aħjar mod.” Mhux l-ewwel darba li l-għaqda Repubblika għorkot idejha meta telaq xi ħadd mill-partit ta’ Bernard Grech li hu tal-fazzjoni Delia. Dan għamlitu wkoll meta Roselyn Borg Knight ħabbret li rtirat il-kandidatura tagħha għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Simon Cowell Was Skeptical... Then She Left Him Speechless | BGT 2026

SENA ILU RRIŻENJA BERNARD GRECH

DELIA U SAID GĦAL KAP TAL-PN

GĦADU DETERMINAT LI TA’ REPUBBLIKA HUMA RRELEVANTI

Trump THREATENS to “take” Iran’s key oil hub, Kharg Island

The Judges Didn't Think She Could Sing... But Then She Opened Her Mouth!

Il-Partit Nazzjonalista jirbaħ il-maġġoranza fis-Siġġiewi u anke fil-Mosta

How Hannibal Trapped 40,000 Romans to Their Death (218 BC)

Chris Arreola (USA) vs Vitali Klitschko (Ukraine) | KNOCKOUT, BOXING fight, HD

LEST JARMI LIL PERICI CALASCIONE

L-10 Maltin li saru Presidenti tar-Repubblika ta' Malta

The Match That Made Brazilians Hate Germany

Trump threatens Iran oil takeover as US strikes for second straight day

Trump says WORST of STRIKES are yet to come for Iran

JIKKOREĠI L-IŻBALJI TAL-KAP TAL-PN

Restore Old Headlights to NEW in 1 Minute with WD-40! Genius Trick

IN-NIES DAĦLET BI ĦĠARHA L-BELT GĦALL-EWWEL TA’ MEJJU

Epstein files release sent White House into CRISIS MODE: Report

PROTESTA INTIŻA BIEX TINSTIGA L-INKWIET

