MINN PROGRESS GĦAL TELFA BIL-KBIR

ONE.COM.MT • Ir-raba’ telfa konsekuttiva għall-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni qed tqajjem iżjed kontradizzjonijiet interni fl-interpretazzjoni tar-riżultat u anke d-direzzjoni futura tal-partit. Filwaqt li xi esponenti jisħqu fuq dak li jqisu bħala sinjali ta’ progress, oħrajn jinsistu li l-elettorat ta mandat ċar lill-Partit Laburista u li l-PN għandu jiffaċċja r-realtà tar-riżultat kif ħareġ il-Ħadd li għadda.