IL-ĠURAMENT TAL-ĦATRA TAL-KABINETT

ONE.COM.MT • Dalgħodu, saret iċ-ċerimonja tal-ħatra tal-Kabinett tal-Ministri fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta ppreseduta mill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono. Dan wara li, fi tmiem il-ġimgħa li għadda, il-Partit Laburista kiseb ir-raba’ mandat konsekuttiv tiegħu mill-elettorat, waqt li lbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela wkoll ħabbar l-għażla tiegħu minn fost il-kandidati eletti biex f’din il-leġislatura jservu bħala Ministri jew Segretarji Parlamentari.