JINSTAB DEMM TA’ MARIO FARRUGIA MA’ ĦAJT TA’ ELLIOT PAUL BUSUTTIL
ONE.COM.MT • Investigaturi sabu demm ta’ Mario Farrugia mċappas mal-ħajt tal-kamra tas-sodda ta’ Elliot Paul Busuttil. Dan id-dettall ħareġ waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda ta’ Elliot Paul Busuttil, akkużat bil-qtil ta’ Mario Farrugia, li fil-5 ta’ April instab il-katavru tiegħu ġo bagoll ta’ karozza f’Ħal Qormi. Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima ġie spjegat kif l-awtopsja fuq il-katavru tal-vittma sabet li huwa ngħata 45 daqqa ta’ sikkina fil-lemin ta’ sidru. Fil-fatt, l-Ispettur tal-Pulizija mill-Iskwadra tal-Omiċidji, Wayne Camilleri, sostna li dan jista’ jindika li Farrugia seta diġà kien fil-bagoll tal-karozza meta ngħata d-daqqiet ta’ sikkina. Ġie spjegat ukoll kif filmati tas-sigurtà fl-akkwati wrew li l-karozza li fiha nstab il-katavru ta’ Farrugia ġiet ipparkjata fejn instabet f’Ħal Qormi fis-30 ta’ Marzu fis-sitta ta’ filgħodu. Intqal ukoll kif raġel deher ħiereġ barra mill-karozza liebes l-iswed u maskra tal-Covid. Huwa deher ukoll jimsaħ idu f’xugaman blu. L-Ispettur Camilleri spjega li kien permezz ta’ dawn il-filmati tas-sigurtà li l-Pulizija bdiet tissuspetta fl-imputat Elliot Paul Busuttil. Intqal ukoll li l-mobiles kemm ta’ Farrugia kif ukoll ta’ Elliot Paul Busuttil jikkonfermaw li kienu fl-istess post fil-lejla tat-28 ta’ Marzu. Fil-fatt, id-dejta mill-mobiles turi li proprju ġurnata qabel, jiġifieri fis-27 ta’ Marzu, Mario Farrugia mar Pembroke mill-Imsida sabiex jiltaqa’ ma’ Busuttil. Dan seta’ jiġi kkonfermat ukoll mid-dejta tal-mobiles li wrew kif, ftit wara d-disgħa u nofs ta’ filgħodu, kienu flimkien. Il-Pulizija qalet ukoll li, waqt l-arrest tiegħu, Busuttil deher imbeżża’ u mill-ewwel talab sabiex jikkuntattja lill-avukat tiegħu. Dan filwaqt li beda jistaqsi fuq l-evidenza li wasslet għall-arrest tiegħu. Intqal li l-Pulizija kellhom jużaw il-forza biex jidħlu fid-dar ta’ omm u missier Busuttil. Kien hawn li ġie spjegat kif, waqt spezzjoni tad-dar, fosthom fil-kamra tas-sodda ta’ Elliot Paul Busuttil, instabu traċċi ħfief ta’ demm; traċċi li, wara analiżi tagħhom u testijiet tad-DNA, rriżulta li kienu ta’ Mario Farrugia.

MIXLIJA B’ATTENTAT TA’ QTIL TA’ SEBA’ PERSUNI

Paul Degabriele inqatel b'ħames tiri ta' pistola.

MHUX ESKLUŻ LI L-ARMI LI NSTABU NTUŻAW F’DELITTI

Il-Pulizija qed tqis dan id-delitt bħala wieħed ippjanat u professjonali.

REJD KBIR GĦAD-DROGA U SUSPETTI TA’ BOMBA F’ĦAL QORMI

Inside the Largest Wood Sawmill Factory – How Plywood Is Made From Logs to Table (Full Process)

INVESTIGAZZJONI QRIB IT-TMIEM

No 'final decision' made on possible US deal, Iran says

SENA ILU RRIŻENJA BERNARD GRECH

Today: Iran ceasefire on verge of collapse, and the Supreme Court's remaining cases this term

Don't Throw Away Your Old Computer Hard Drive 😱 Billions of People Don't Know This Secret

Body of 5-year-old girl found off Laguna Beach waters

LEST JARMI LIL PERICI CALASCIONE

BREAKING: Trump rocked as Epstein scandal roars back, 'chaos' engulfs WH

Pravi sarajevski ćevapi kod kuće – Tajna sočnih i mekanih ćevapa!

PM: ĊELEBRAZZJONI TA’ KONNETTIVITÀ

Streator residents speak on how they survived devastating apparent tornado

Kuxjenza dwar persuni separati.

