REJD KBIR GĦAD-DROGA U SUSPETTI TA’ BOMBA F’ĦAL QORMI

ONE.COM.MT - F’rejd mill-Pulizija li sar f’Ħal Qormi aktar kmieni dalgħodu, ġew arrestati żewġ t’irġiel Maltin, fejn instabet ukoll ammont ta’ droga maħsuba biex tiġi ttrafikata. ONE News jista’ jiżvela li fost l-arrestati hemm Lorenzo Callus magħruf bħala l-Ħeswes li jinsab bil-ħelsien mill-arrest fuq il-każ ta’ karozza bomba fil-fgura s-sena l-oħra. Dan hekk kif flimkien ma’ żewġ persuni oħra jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil tan-negozjant Mario Scicluna permezz ta’ karozza bomba.