LAQGĦA KBIRA HEKK KIF SIMON SCHEMBRI ĦAREĠ MILL-ISPTAR

ONE.COM.MT • Kienet laqgħa kbira kif illum ħareġ mill-isptar Simon Schembri, il-kuntistabbli li tliet ġimgħat u nofs ilu safa mtajjar minn Liam Debono, ġuvni ta’ sbatax-il sena li kien qed isuq karozza bla liċenzja. Barra l-Emerġenza ta’ Mater Dei spikkat iċ-ċapċipa li ma riedet tieqaf qatt minn sħab Simon, pulizija tat-traffiku. Ilkoll sellmu lil dan l-eroj ġentlom li kien f’xifer il-mewt u b’xorti tajba qed jagħmel progress enormi.