132KG MHUX 226KG KANNABIS LI NSTERQU

ONE.COM.MT • Aktar kmieni llum bdiet il-kumpilazzjoni f’kawżi separati fil-Qorti fil-konfront tas-sitt persuni, li qed jiġu akkużati bis-serqa tad-droga kannabis mill-barracks tas-suldati f’Ħal Safi. Fost l-oħrajn, sar magħruf li l-ammont sħiħ ta’ droga involuti kien ta’ mija u tnejn u tletin kilo u mhux mitejn u sitta u għoxrin, kif intqal fil-bidu skont indikazzjonijiet preliminari. Minn dawn ġew ikkonfiskati mill-Pulizija tlieta u sittin fil-mija f’inqas minn tmienja u erbgħin siegħa.