FINALMENT JINQABAD FIL-MIŻIEB WARA LI ĦARAB MILL-PULIZIJA
ONE.COM.MT • Ilbieraħ filgħaxija fil-Mellieħa kienet għaddejja operazzjoni ta’ tfittxija għal żagħżugħ bl-isem ta’ Aidan Bartolo wara li l-Pulizija kienet qed isus warajh b’rabta ma’ rejd tad-droga. Il-Pulizija qalet li ż-żagħżugħ saq għal fuq il-karozzi tas-servizz, bil-Pulizija kostretta tispara lejn il-karozza ta’ Bartolo biex twaqqfu. Iż-żagħżugħ ħarab bil-ġiri lejn il-Miżieb fejn inqabad mas-sitt sigħat wara. KITBA EDWARD MONTEBELLO FILMAT B. BONELLO / CMRU Il-Pulizija rnexxielha tarresta lil Aidan Bartolo, żagħżugħ ta’ 24 sena minn Ħal Għaxaq wara li kienet ilha tfittxu għal madwar sitt sigħat fl-inħawi tal-Miżieb. Dan wara li Bartolo ħarab bil-ġiri wara li saq bil-karozza tat-tip Mazda Demio fuq il-karozzi tal-Pulizija li kienu qed isusu warajh. Il-Ħamis filgħaxija, il-Pulizija b’diversi skwadri fosthom dik ta’ Kontra d-Droga u tal-Ispecial Intervention Unit, kienet qed isus wara Bartolo b’rabta ma’ rejd tad-droga. F’mument minnhom Bartolo intebaħ bil-Pulizija u pprova jaħrab u hawn bdiet ġirja warajh bil-karozzi, bil-Pulizija tgħid li dan saq għal fuq il-karozzi tas-servizz. Il-Pulizija qalet li sparat numru ta’ tiri lejn il-karozza biex twaqqaf liż-żagħżugħ. Kien hawn li dan ħareġ mill-karozza u ħarab jiġri lejn l-inħawi tal-Miżieb. F’dak il-ħin, fil-by-pass tal-Mellieħa dehru numru ta’ balal mal-art. Tard il-Ħamis filgħaxija l-Pulizija anki għamlet appell u ppubblikat ritratt ta’ Bartolo biex jinstab iż-żagħżugħ. Fuq l-inħawi tal-Miżieb deher anki ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta jittajjar fil-baxx biex jgħin fit-tfittxijiet. Finalment, ftit wara nofsillejl, Aidan Bartolo nqabad mistoħbi qalb il-ħaxix għoli u siġar fl-akwati tal-Miżieb. F’din it-tfittxija ħadu sehem pulizija minn diversi taqsimiet, fosthom l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u l-Iskwadra tar-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, l-Ispecial Intervention Unit, Rapid Intervention Unit u t-Taqsima tal-Klieb. Hekk kif ġie arrestat, bħala prekawzjoni r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, hekk kif kien qed isofri minn xi ġrieħi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin filwaqt li inħatret inkjesta Maġisterjali mmexxiha minn Dr Leonard Caruana. Intant Bartolo mhux l-ewwel darba li xellef difrejh mal-ġustizzja hekk kif erba’ snin ilu weħel 39 xahar ħabs talli kellu fil-pussess tiegħu 31 qartas tal-kokaina. Sena ilu wkoll kien weħel il-ħabs ma’ persuna oħra fuq diversi serqiet minn ħwienet tax-xorb u gabbani.

L-ARREST TA' MELVIN DEBONO 'IL-QUWS' WARA REJD F'ĦAL QORMI

REAZZJONI EMOZZJONANTI GĦAL-INTERVISTA MA’ QATTIEL

JGĦID LI XOGĦLU KIEN BISS LI JŻOMM ID-DROGA GĦAL DEBONO

AIDAN BARTOLO JINŻAMM ARRESTAT WARA LI TRESSAQ IL-QORTI

“IL-ĦABS ĦADLI L-IDENTITÀ TIEGĦI”

JGĦIXU B’MOD ILLEGALI FI STALEL FIL-MARSA

TORDNA LI JAPPLIKA GĦALL-PAROLE WARA 25 SENA ĦABS.

Rejd qawwi li fih ġew arrestati tliet persuni fuq droga u apparat li jfixkel lill-pulizija

'Frustration': Trump keeps promising Iran deal and getting zero results

Żjara lil priġunieri nisa fl-okkażjoni ta' Jum il-Mara

GĦAXRA ARRESTATI F’REJD DWAR TRAFFIKAR TA’ DROGA

MULTI ĦOROX U SENTENZA SOSPIŻA TALLI ATTAKKAW ŻEWĠ PULIZIJA

MIXLIJA B’ATTENTAT TA’ QTIL TA’ SEBA’ PERSUNI

“JIEN MHUX SE NIDDEJJAQ INTAJJAR TNEJN”

Mart il-Porporina ppruvat idaħħal id-droga fil-ħabs

Die peinlichsten Sportmomente aller Zeiten

The Match That Made Brazilians Hate Germany

Severe storms tear through Northwest Indiana, South Shore Line service halted

Eks priġunier jisħaq li l-ħabs suppost qiegħed biex tirriforma ruħek imma minflok toħroġ agħar

