IL-BORMLIŻI JIĊĊELEBRAW IL-KUNĊIZZJONI

ONE.COM.MT - Illum il-Bormliżi ċċelebraw il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni b’pompa kbira, anke jekk it-toroq ma ntramawx kollha minħabba l-maltemp li għamel fl-aħħar jiem. Id-devozzjoni tal-Bormliżi lejn l-Immakulata kienet evidenti fil-Knisja Arċipretali li mtliet daqs bajda b’mijiet ta’ persuni li attendew għall-Quddiesa solenni.