SPLUŻJONI FIL-KAMRA TAN-NAR TA’ ĦAL GĦAXAQ

ONE.COM.MT • Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, splużjoni fil-Kumpless tan-Nar ta’ Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq ftit il-bogħod minn Għar Dalam, ħasdet lir-residenti li joqogħdu fl-inħawi. Fortunatament f’din l-isplużjoni ma ndarab ħadd, l-anqas il-kelb li kien għassa mal-Kamra tan-Nar.