SPLUŻJONI F’KAMRA TAN-NAR FIL-MOSTA
ONE.COM.MT • Għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ waranofsinhar, seħħet splużjoni fl-akkwati tad-Dwejra bejn il-Mosta u l-Imġarr. Mumenti wara ġie kkonfermat li l-isplużjoni seħħet fil-Kamra tan-Nar tal-15 t’Awwissu tal-Mosta. Mill-ewwel bdiet operazzjoni ta’ salvataġġ u fil-ħin tal-isplużjoni kien hemm ħdax-il persuna fil-kamra, li nħarġu kollha fi ftit ħin. Żewġt irġiel ta’ ħamsa u għoxrin sena u disgħa u għoxrin sena, it-tnejn mill-Mosta, ittieħdu l-isptar għal aktar kura. Ir-raġel ta’ disgħa u għoxrin sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel l-ieħor għadha pendenti. KITBA: K. PORTELLI / T. FALZON FILMAT: B. BONELLO / FACEBOOK Splużjoni li seħħet fil-Kamra tan-Nar tal-15 t’Awwissu tal-Mosta fiż-żona tad-Dwejra, heżżet il-lokalità tal-Mosta u żoni fil-qrib. Kien għall-ħabta tat-tlieta u kwart ta’ waranofsinhar meta nstemgħet l-ewwel splużjoni, b’daħna kbira setgħet tintlemaħ minn bosta lokalitajiet madwar Malta. Fuq il-post mill-ewwel issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei b’ambulanzi hekk kif l-ewwel informazzjoni wriet li fuq ġewwa kien hemm ħdax-il persuna. Dawn il-persuni kollha nħarġu mill-kamra tan-nar f’operazzjoni ta’ salvataġġ bis-sehem ta’ diversi uffiċjali. Fuq il-post tal-inċident, il-Kelliem tal-Korp tal-Pulizija, Brandon Pisani ta d-dettalji uffiċjali tan-nies involuti f’dan il-każ. BRANDON PISANI IL-KELLIEM GĦALL-KORP TAL-PULIZIJA “Fortunatament, il-ħdax-il persuni kollha li kienu fil-kamra tan-nar, kollha ġew accounted for, li jfisser kollha qegħdin barra. Li għandna huma żewġ persuni li ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Jidher li m’għandhom xejn serju. Wieħed qed jiġi kkurat għal xi ħruq li sofra f’idejh u l-ieħor li bl-isplużjoni, waqa’ madwar sular għoli imma kien qed jitkellem u qiegħed konxji. Biex inserrħu ras in-nies kollha li qed isegwuna, m’hemm ebda fatalità u l-ħdax-il persuna li dak il-ħin kienu qed jaħdmu fil-kamra tan-nar, kollha ġew accounted for.” Huwa spjega l-operazzjoni li segwiet malli ġiet assigurata s-saħħa u s-sigurtà ta’ dawk li kienu qed jaħdmu fil-kamra fil-ħin tal-isplużjoni. BRANDON PISANI IL-KELLIEM GĦALL-KORP TAL-PULIZIJA “Ħadu over bħalissa d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li qed jaraw li ma jkunx hemm periklu, anki sabiex ikun żgurat li kollox huwa clear, se jittella’ drone fuq il-kamra tan-nar biex il-membri tal-Explosive Ordnance Disposal Unit tal-Forzi Armati, ikunu jistgħu jidħlu on sit u jaraw li jneħħu kull periklu li kien hemm.” Fuq il-post kien hemm ukoll diversi qraba tal-persuni li kienu qed jaħdmu fil-kamra tan-nar. Intant, fuq Facebook, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Byron Camilleri rringrazzja lill-membri kollha tal-Forzi tas-Sigurtà li ħadu ħsieb jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Il-ħidma waqfet tard is-Sibt filgħaxija u se tkompli l-Ħadd filgħodu. Fil-ħidma tal-uffiċjali, ġie salvat ukoll kelb mill-għelieqi fejn seħħet l-isplużjoni, li jinsab qawwi u sħiħ. Fuq Twitter, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne nnota li l-Isptar Mater Dei daħal fl-istatus ta’ Inċident Maġġuri, fejn kulħadd ikun qiegħed imħejji għall-agħar xenarji. Ikkonferma wkoll li żewġt irġiel qed jiġu trattati għall-kura l-isptar. Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali bis-sehem ta’ diversi esperti biex jiġi stabbilit x’ġara eżatt x’ħin seħħet l-isplużjoni. Din l-istess kamra tan-nar kienet splodiet f’Awwissu tal-elfejn u għaxra meta kien tilef ħajtu Mario Dimech, ta’ wieħed u erbgħin sena.

“BASTJANIŻ TWIELED U BASTJANIŻ MIET” – MISSIER DAMIAN

ĦADD MA VVOTA B’MOD IRREGOLARI

LIVE: Vessel traffic in Strait of Hormuz

74 RAĠEL U 11-IL MARA GĦADDEJJIN BIR-REKLUTAĠĠ MAL-AFM

TKOMPLI L-ĦIDMA MIS-CPD U L-AFM FIL-KAMRA TAN-NAR TAL-MOSTA

US Apache helicopter goes down off Oman coast

Brave lifeguards among the first to help during Bondi shooting | A Current Affair

As Sagrada Família enters final phase, residents fear being forced out

L-10 Maltin li saru Presidenti tar-Repubblika ta' Malta

Etna 2001 - Siege of the Sapienza Refuge (eruption documentary)

OPERATIONAL FIRST: Sea drone rescues US troops near Oman coast

X'ġara fiċ-ċimiterju tal-addolorata din il-Ġimgħa?

The 2004 Tsunami: The Deadly "Black Wave" that Shook the World

LEST JARMI LIL PERICI CALASCIONE

IMFAKKRA L-VITTMI TA’ SPLUŻJONI TA’ GĦAXAR SNIN ILU

Il-Partit Nazzjonalista jirbaħ il-maġġoranza fis-Siġġiewi u anke fil-Mosta

Barcelona, Midday Prayer, June 9, 2026 - Pope Leo XIV

Trump im Umfragetief | Überteuerte WM-Tickets | FDP-Comeback? | heute-show vom 05.06.2026

LEJL MAL-ĦADDIEMA TAL-AMBULANZI F’MATER DEI

