IMUT WIEĦED MILL-QATTIELA TAL-WARDEN GĦAWDXIJA
ONE.COM.MT • Tħabbret il-mewt ta’ Ġanni Attard li għaxar snin ilu ntbgħat għomru l-ħabs wara li nstab ħati li kien kompliċi fil-qtil tal-warden Għawdxija Fortunata Spiteri. Huwa miet fl-għomor ta’ tnejn u sebgħin sena. Intant One News jinsab infurmat li mill-awtopsja rriżulta li Attard miet minħabba mard tal-qalb. KITBA KYLE MIFSUD FILMAT ARKIVJI Ġanni Attard li għaxar snin ilu ġie kkundannat għomru l-ħabs wara li nstab ħati ta’ kompliċità fil-qtil tal-gwardjana lokali Fortunata Spiteri, dalgħodu nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu fil-ħabs ta’ Kordin. Attard kellu tnejn u sebgħin sena u bħal vittma kienu joqgħod ix-Xagħra Għawdex. Fi stqarrija, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi qalet li Barbara, instab mejjet għall-ħabta tas-sitta u nofs tat-Tnejn filgħodu. Għaxar snin ilu, Attard li kien jaħdem bħala xufier tal-karozza tal-linja kien instab ħati f’ġuri li fl-10 ta’ Awwissu tal-2001 kien kompliċi fl-omiċidju ta’ Spiteri. Huwa ma kienx instab ħati li kien il-moħħ wara dan il-qtil. Fl-għoti tas-sentenza, l-Imħallef Michael Mallia kkundannah il-piena massima li kienet tagħtih l-liġi f’każ fejn persuna tinstab ħatja ta’ kompliċità li fis-sistema ġudizzjarja tagħna, il-ħati jrid jibqa’ maqful fiċ-ċella sa mewtu. Fil-Qorti kien ingħad li Spiteri ġiet attakkata u nqatlet b’ħames daqqiet ta’ sikkina fit-triq li mir-Rabat tagħti għall-Għarb b’rabta mal-festa fil-lokalità ta’ San Lawrenz. Hija kellha sebgħa u erbgħin sena. Attard kien it-tieni persuna li kien intbagħat il-ħabs b’rabta ma’ dan il-qtil, l-ewwel u l-uniku qtil fl-istorja tal-gwardjani f’Malta. Benny Attard kien ikkundannat tletin sena ħabs wara li ammetta flok għadda ġuri bis-sehem tiegħu fir-reat. Ġużeppi Farrugia, akkużat ukoll fil-każ kien miet qabel intemmu l-proċeduri kontra tiegħu. Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef Mallia kien sostna wkoll li Ġanni kien qatta’ ħajtu jisfida lill-awtoritajiet u baqa’ ma tgħallem qatt mill-iżbalji tiegħu. Ħamsa u erbgħin sena ilu, huwa kien ikkundannat erba’ snin ħabs wara li kien instab ħati li darab gravi lil missieru Wenzu f’tilwima bejnu u ħuh. Dakinhar il-missier daħal biex iferraqhom u spiċċa miet wara li qala’ tir ta’ senter li ġie sparat minn Ġanni. L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi qalet li bil-mewt ta’ Attard ġew infurmati minnufih il-pulizija tad-distrett biex jinvestigaw, u nħatret inkjesta bil-Maġistrat tal-Għassa, kif ukoll inkjesta interna

25 SENA MILL-QTIL LI KEXKEX PAJJIŻ

When TYSON Fought a Freak of Nature…

Il-ġuri ta' Charles Muscat il-Pips huwa l-iktar ġuri f'Malta,li ilu jistenna biex jinstema.

Citroën DS21 Pallas | Barn Find Rescue

REAZZJONI EMOZZJONANTI GĦAL-INTERVISTA MA’ QATTIEL

TORDNA LI JAPPLIKA GĦALL-PAROLE WARA 25 SENA ĦABS.

The Judges Didn't Think She Could Sing... But Then She Opened Her Mouth!

Man Rescues a Mother Bald Eagle Caught on a Fence – Her Chick Waits Below

Bloodthirsty killers: Inside El Salvador’s CECOT prison of terror, home to MS-13 and Barrio 18 gangs

Kien ilu jixrob erba' sigħat qabel ma nqatel.

Incredibly tasty spaghetti ready in 10 minutes! A quick, delicious pasta dinner recipe!

“Shko garo me kecat”, deputetja socialiste për Koçekun: S’u tregua burrneshë, mandatin ia falëm

BAQA’ JINŻAMM ARRESTAT FUQ AKKUŻI TA’ ĦRUQ TA’ KAROZZA

DALIN EMRAT e QEVERISË së re - Nga MARIN MEMA KRYEMINISTËR tek... | RRËNJËT TONA

Thousands of Fresh Pastries & Bakes Every Day! Turkish Bakery Tour

Bangladesch: Im Bordell von Daulatdia | ARTE Reportage Reupload

Jaħrab il-priġunier Joseph Cini magħruf bħala l-Pele...

Iran – Neuseeland Highlights | Gruppe G, FIFA WM 2026 | sportstudio

Tnax-il sena ħabs għal Marco Pace magħruf bhala l-Pinzell

