BAQA’ JINŻAMM ARRESTAT FUQ AKKUŻI TA’ ĦRUQ TA’ KAROZZA

ONE.COM.MT • Raġel mixli li ħaraq karozza ta’ gwardjan tal-ħabs u li darab surgent tal-pulizija baqa’ jinżamm arrestat. Aktar aħbarijiet mill-Qorti f’dan is-servizz li jmiss. KITBA: T. FALZON / P. AGIUS FILMAT: CHRIST BORG / ARKIVJI Raġel ta’ tnejn u erbgħin sena minn Ħal Qormi baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li fil-lejl ta’ bejn l-erbgħa u għoxrin u l-ħamsa u għoxrin ta’ Jannar, ħaraq il-vettura ta’ gwardjan tal-ħabs. L-allegat każ seħħ fi Triq San Edwardu f’Ħal Qormi. L-imputat ġie akkużat ukoll li waqt l-arrest tiegħu fl-Għassa ta’ Ħal Qormi, darab surġent tal-Pulizija. L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Ir-raġel ġie identifikat mill-investigazzjonijiet li saru mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u l-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi. Theo Vella, segretarju tat-Taqsima tal-Forzi Dixxiplinati fil-General Workers Union esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li tressqet persuna quddiem il-ġustizzja. Saħaq li l-uffiċjali li jaħdmu f’postijiet bħal ħabs jagħmlu xogħol importanti, xi drabi taħt sfidi differenti, u esprima s-sodisfazzjon għan-negozjati li għaddejjin mal-Gvern biex jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema wkoll. THEO VELLA SEGRETARJU TAT-TAQSIMA TAL-FORZI DIXXIPLINATI TAL-GWU “Qegħdin fin-negozjati tal-ftehim kollettiv, dawn għandhom kundizzjonijiet min-1994, dak iż-żmien kienu diġà inferjuri l-kundizzjonijiet u għaldaqstant ejja nagħlqu, ejja nagħtuhom pakkett li jixirqilhom dawn il-ħaddiema li qed jagħmlu xogħol imprezzabbli għas-soċjetà.” IL-KOĦĦU JWAQQA’ APPELL DWAR DEĊIŻJONI TAL-QORTI Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu, wieħed mit-tlett irġiel mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, waqqa’ l-appell biex jikkontesta deċiżjoni tal-Qorti kriminali li rrifjutat mija u tmintax-il eċċezzjoni li ppreżenta l-akkużat. L-appell kien mistenni jinstema’ l-Erbgħa filgħodu iżda Muscat qal lill-Qorti li kien se jwaqqa’ dan il-każ t’appell. Din id-deċiżjoni mhux mistennija jaf tissuġġerixxi li Muscat mhuwiex lest jikkontesta l-każ tal-prosekuzzjoni fil-konfront tiegħu. Osservaturi fil-Qorti qalu li din id-deċiżjoni jaf ikollha riperkussjonijiet fuq il-każ tat-tlett irġiel mixlija bil-qtil u potenzjalment fuq il-każ tal-allegat mandant Yorgen Fenech. Fid-dawl ta’ dan l-iżvilupp, l-imħallfin Mark Chetcuti, Joseph Zammit McKeon u Giovanni Grixti pposponew is-seduta għal April li ġej.

Frankreich – Senegal Highlights | Gruppe I, FIFA WM 2026 | sportstudio
▶︎

Frankreich – Senegal Highlights | Gruppe I, FIFA WM 2026 | sportstudio

L-ARREST TA' MELVIN DEBONO 'IL-QUWS' WARA REJD F'ĦAL QORMI
▶︎

L-ARREST TA' MELVIN DEBONO 'IL-QUWS' WARA REJD F'ĦAL QORMI

WHO IS STRONGER? Anatoly VS Bodybuilder | Pretended to be a CLEANER
▶︎

WHO IS STRONGER? Anatoly VS Bodybuilder | Pretended to be a CLEANER

ĠLIED FOST ID-DEPUTATI TAL-PN GĦAWDXIN
▶︎

ĠLIED FOST ID-DEPUTATI TAL-PN GĦAWDXIN

Inside the Largest Wood Sawmill Factory – How Plywood Is Made From Logs to Table (Full Process)
▶︎

Inside the Largest Wood Sawmill Factory – How Plywood Is Made From Logs to Table (Full Process)

BONNICI KIEN ILU ĠIMGĦAT JIPPJANA L-QTIL DOPPJU
▶︎

BONNICI KIEN ILU ĠIMGĦAT JIPPJANA L-QTIL DOPPJU

Wielka parada 80 wozów strażackich w Ciechocinku! Ogólnopolski Zlot Samochodów Strażackich 2025
▶︎

Wielka parada 80 wozów strażackich w Ciechocinku! Ogólnopolski Zlot Samochodów Strażackich 2025

Frankreich - Senegal, Highlights mit Livekommentar | FIFA WM 2026 | MAGENTA TV
▶︎

Frankreich - Senegal, Highlights mit Livekommentar | FIFA WM 2026 | MAGENTA TV

Konkurencja 2 - Taktyka działania pododdziału zwartego oraz elementy musztry
▶︎

Konkurencja 2 - Taktyka działania pododdziału zwartego oraz elementy musztry

USA vs Brazil Gets OUT OF CONTROL! 😱 ALL Yellow & Red Cards
▶︎

USA vs Brazil Gets OUT OF CONTROL! 😱 ALL Yellow & Red Cards

PULIZIJA ARMATI JIDĦLU F’APPARTAMENT F’ĦAL SAFI
▶︎

PULIZIJA ARMATI JIDĦLU F’APPARTAMENT F’ĦAL SAFI

NERVOUS 12-Year-Old Who Can Sing Without Opening Her Mouth Earns Mel B's GOLDEN BUZZER!
▶︎

NERVOUS 12-Year-Old Who Can Sing Without Opening Her Mouth Earns Mel B's GOLDEN BUZZER!

Iran – Neuseeland Highlights | Gruppe G, FIFA WM 2026 | sportstudio
▶︎

Iran – Neuseeland Highlights | Gruppe G, FIFA WM 2026 | sportstudio

JAGĦMEL ĦERBA FIĊ-ĊELLA U OĦRA FIL-QORTI
▶︎

JAGĦMEL ĦERBA FIĊ-ĊELLA U OĦRA FIL-QORTI

QORMI JAMMETTI LI SAQ GĦAL ĠO RESIDENZA
▶︎

QORMI JAMMETTI LI SAQ GĦAL ĠO RESIDENZA

Trump’s Big Violent 80th Birthday Party at the White House, "Great Deal" with Iran & NY Knicks Win
▶︎

Trump’s Big Violent 80th Birthday Party at the White House, "Great Deal" with Iran & NY Knicks Win

Shakira and Burna Boy perform Dai Dai at FIFA World Cup 2026 Opening Match!
▶︎

Shakira and Burna Boy perform Dai Dai at FIFA World Cup 2026 Opening Match!

Two people shot inside Delaware hospital
▶︎

Two people shot inside Delaware hospital

Niederlande – Japan Highlights | Gruppe F, FIFA WM 2026 | sportstudio
▶︎

Niederlande – Japan Highlights | Gruppe F, FIFA WM 2026 | sportstudio

Elfenbeinküste – Ecuador Highlights | Gruppe E, FIFA WM 2026 | sportstudio
▶︎

Elfenbeinküste – Ecuador Highlights | Gruppe E, FIFA WM 2026 | sportstudio