Fort Bengħisa: Open Day and Memorandum of Understanding

✨ Nhar is-Sibt, 23 ta’ Mejju, Heritage Malta fetħet il-Forti Bengħisa għall-pubbliku għal ġurnata waħda biss, qabel ma s-sit reġa' ngħalaq biex jibdew ix-xogħlijiet ta’ restawr. Mijiet ta’ viżitaturi attendew għal din l-open day speċjali, fejn esploraw l-ispazji vasti u l-veduti spettakolari tal-forti. ✒️ L-okkażjoni mmarkat ukoll l-iffirmar ta’ Memorandum ta’ Ftehim mal-Assoċjazzjoni tal-iScouts u Ittra ta’ Intenzjoni mal-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa, li jistabbilixxu qafas kollaborattiv għat-tmexxija, il-konservazzjoni u l-użu komunitarju fit-tul tal-Forti Bengħisa, bil-għan li fil-futur is-sit ikun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod sostenibbli. ✨ On Saturday, 23rd May, Heritage Malta opened Fort Bengħisa to the public for just one day before the site closed again for restoration works. Hundreds of visitors attended the special open day, exploring the fort’s vast spaces and spectacular views. ✒️ The occasion also marked the signing of a Memorandum of Understanding with the Scouts Association and a Letter of Intent with the Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa, establishing a collaborative framework for the long-term management, conservation, and community use of Fort Bengħisa, with the aim of making the site sustainably accessible to the public in the future.