Fid-9 ta' Marzu vot għall-bidla fid-direzzjoni - Joseph Muscat

L-aktar sinjal b'sahhtu li jistghu jibghatu dawk li ghadhom ma ddecidewx x'se jaghmlu fl-elezzjoni generali, huwa li fid-9 ta' Marzu jivvotaw ghal bidla fid-direzzjoni. Qal dan il-mexxej laburista Joseph Muscat fil-mass meeting tan-Naxxar, fejn waqt li rringrazzja liz-zghazagh Maltin u Ghawdxin ghall-appogg taghhom, iddeskrivijhom bhala l-ikbar agenti tal-bidla u l-energija tal-moviment li inbena madwar il-Partit Laburista.