Salm Responsorjali - Quddiesa Festa Santa Marija Gudja 2013

Silta minn Salm 45 li jifforma parti mil-liturġija tal-festa ta' Marija Assunta. Bniet is-slaten joħorġu jilqgħuk; f'lemintek is-sultana mżejjna b'deheb ta' Ofir. [S:45:11] Isma', binti, ħares u agħti widen, insa 'l ġensek u 'l dar missierek. [S:45:12] Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek; u int, għax hu sidek, agħtih qima. [S:45:13] In-nies ta' Tir bir-rigali jiġu, il-kbarat ifittxu l-favuri tiegħek. [S:45:14] Kollha ġmiel bint is-sultan bil-ġawhar, minsuġ bid-deheb ilbiesha. [S:45:15] Għand is-sultan jeħduha bix-xbejbiet warajha, it-tfajliet li jingħatawlha bi sħabha. [S:45:16] Jittieħdu b'għajat ta' ferħ u hena; jidħlu fil-palazz tas-sultan.