IL-MALTEMP TA’ MARZU 1979 KIEN SINIFIKATTIV MAL-BIDU TA’ PAĠNA ĠDIDA
ONE.COM.MT • Jum il-Ħelsien jibqa’ mfakkar, sena wara sena, bħala ġurnata mill-aktar memorabbli għal pajjiżna; il-ġurnata meta l-poplu Malti, wara mijiet ta’ snin taħt il-ħakma tal-barrani, kiseb il-ħelsien sħiħ tiegħu. One News tkellem ma’ Nettu Farrugia, attivist veteran tal-Partit Laburista, li għex l-esperjenza ta' meta, 44 sena ilu, Malta kisbet rajha f’idejha. Huwa kkummeta dwar il-maltemp li għamel dakinhar, li kważi kważi kien sinifikattiv għax kien qed jikkoinċidi mal-bidu ta’ paġna ġdida għall-pajjiż. KITBA: LUIGI SGHENDO FILMATI: ALEX BORG Il-maltemp li ħakem lill-gżejjer Maltin fil-31 ta’ Marzu tal-1979 żgur li jibqa’ mnaqqax f’moħħ dawk il-bosta Maltin u Għawdxin li dakinhar inġabru bi ħġarhom madwar il-monument tal-Ħelsien, fil-Birgu, biex jiċċelebraw il-ħelsien mill-ħakma ta’ sekli sħaħ mill-barrani fuq pajjiżna. Nettu Farrugia, attivist veteran tal-Partit Laburista, kien fost il-folla meta dakinhar, il-Perit Duminku Mintoff tela’ t-trejqa mħarbta tal-monument, simbolu li jfakkar fil-mixja iebsa li pajjiżna u niesu kellhom jimxu, u permezz tat-torċa kebbes in-nar fil-kaldarun: biex qatt ma jintefa’ aktar f’qalb in-nies - mument li baqa’ markat bħala t-twelid ta’ Malta Ħielsa. NETTU FARRUGIA ATTIVIST VETERAN LABURISTA “Tibqa’ memorja l-maltemp li kien. Il-maltemp kien sinifikattiv. Kważi, fis-sens li konna se naqilbu paġna ġdida. Filli konna niddependu mill-ħniena tal-Gvern Ingliż, filli issa, minn dakinhar ’il quddiem, konna se nieħdu rajna f’idejna.” Huwa spjegalna kif kienet ir-rieda assoluta tal-gvern Malti mmexxi mill-Perit Mintoff li wasslet għal dan il-mument storiku. Is-sur Farrugia jemmen bis-sħiħ li l-attiviżmu politku kien kruċjali sabiex pajjiżna jikseb il-ħelsien mill-influwenza barranija u sostna li għandna nkomplu nagħfsu fuq l-importanza tal-attiviżmu politiku. NETTU FARRUGIA ATTIVIST VETERAN LABURISTA “Iva, l-attiviżmu politiku huwa ferm importanti, u għalhekk inħeġġeġ lil kulħadd li, ġurnata bħal għada, nikkomemorawha bis-sehem tagħna, bis-sehem attiv tagħna” Huwa ħeġġeġ lill-pubbliku biex ikun preżenti għad-diskors li se jagħmel il-Ħamis filgħaxija l-Prim Ministru Robert Abela, f’Xatt ir-Risq, il-Birgu, biex titfakkar din il-ġurnata tant importanti fl-istorja ta’ pajjiżna.

JISSOKTA L-ĠURI TA’ YORGEN FENECH

1986: How to Spot the Upper Class | That's Life! | BBC Archive

Princess Of Boogie Woogie Delights Everyone

The Judges Didn't Think She Could Sing... But Then She Opened Her Mouth!

Cleaner Anatoly Pretends to Be an Old Man in the Gym

INSIDE THE G7 BREAK | Meloni’s BODY LANGUAGE toward Trump STEALS THE SHOW

Jum il-Ħelsien

They Didn't Like Her Look, But Then She Sang Like a Star! 🤩

The French Do Not Care About Work

Worst Plane Landing Fails Caught on Camera

Forza Valletta City Documentary

Huge crowds in Iran as six-day funeral begins for late supreme leader

Even kids will love eggplants with this delicious recipe! Easy and cheap eggplant recipe!

World Cup Uncut | 15 Incredible Minutes | Germany vs France (1982)

Worse Than His Nazi Father — Martin Bormann's Son Who Became a Priest

A shocking find in stump in a cemetery

ILLEJLA XOWS TAN-NAR F’ĦAL LUQA

IL-LESTA TNIEDI RONDI FIL-BAJJIET

For 10 years the wife of a Maasai - Stephanie's life under the simplest of circumstances

