JIRRAKKONTA L-BIŻA’ LI ĦAKMITU MIS-SULDATI INGLIŻI
ONE.COM.MT - Tmienja u għoxrin t’April elf disa’ mija tmienja u ħamsin. Għaddew tnejn u sittin sena mill-irvellijiet iżda l-istorja miktuba ma jħassarha ħadd. Dakinhar waqt l-istrajk ġenerali, il-ħaddiema Maltin qamu kontra l-ħakkiem Ingliż. Fis-servizz li jmiss nisimgħu rakkont ta’ raġel li kien apprentist it-tarzna u li spjegalna kif is-suldati Ingliżi qanqlu biża’ fost il-Maltin. KITBA: EMAN PORTELLI FILMAT: ARKIVJI JIRRAKKONTA L-BIŻA’ LI ĦAKMITU MIS-SULDATI INGLIŻI It-Tnejn tmienja u għoxrin ta’ April tal-elf disa’ mija tmienja u ħamsin. Jum mhux bħal tas-soltu, hekk kif il-poplu Malti qam biex juri s-sentimenti b’saħħithom favur nazzjon ħieles mill-ħakkiema Ingliżi. Dan l-avveniment seħħ wara diversi żviluppi politiċi li pajjiżna għadda minnhom fil-ħamsinijiet. Lura fl-elf disa’ mija ħamsa u ħamsin, il-Perit Mintoff sar għall-ewwel darba Prim Ministru ta’ Malta u bl-għajta li Malta tingħaqad mar-Renju Unit jew inkella tkun indipendenti. It-taħdidiet tal-integration sfaxxaw fix-xejn hekk kif il-ħakkiema Ingliżi bdew jagħtu s-sensji lil ħaddiema li kienu jaħdmu mas-servizzi Ingliżi, b’dawk magħrufa bħala Run Downs. Seba’ t’ijiem qabel l-irvellijiet, Mintoff irriżenja minn Prim Ministru anki permezz ta’ dikjarazzjoni li tibqa’ tissemma’. PERIT DOM MINTOFF EKS PRIM MINISTRU TA’ MALTA “Quddiem Alla għandna raġun. Issa sta għalina li dan ir-raġun nieħduh ukoll mingħand in-nies ta' din id-dinja. Jekk inkunu ġwejjed aħna, jisħtuna wliedna u wlied uliedna. Illum waslet is-siegħa meta kull Malti jrid bil-fatti juri li Malta, għalina, tiġi l-ewwel u qabel kollox." Intant, l-inkwiet tat-tmienja u għoxrin t’April deher mill-bidu. Il-General Workers’ Union ordnat strajk ġenerali, bil-Gvern Ingliż immexxi mill-Gvernatur Robert Laycock ma ħalliex lil General Workers’ Union tagħti l-ordnijiet tal-istrajk minn fuq ir-redifussion iżda l-istrajk sar u qam l-inkwiet permezz ta’ protesti partikolarment fil-Marsa u Raħal Ġdid, bl-agħar episodju jiġri fit-telgħa ta’ Kordin. Joseph Abela ta’ tnejn u tmenin sena fissrilna kif huwa kien it-Tarzna u kellu jmur għax-xogħol bilfors iżda l-atmosfera ta’ inkwiet barra t-tarzna baqgħet tidwi. JOSEPH ABELA GĦEX L-IRVELLIJIET TAT-28 T’APRIL 1958 “Xħin rawhom ġejjin is-suldati, aħna ngħidulha t-telgħa ta’ Kordin, bdew iwaddbulhom il-ġebel minn hemm hekk u kullħadd jitlaq jiġri għax ma kellniex biex niddefendu ruħna aħna, b’hekk kien ikollna nidħlu peress li apprentisti u konna jżommuna qisna maqfulin.” Spjegalna kif kellu jmur lura lejn daru fil-Ħamrun bil-mixi u ltaqa’ mas-suldati Ingliżi li kienu għassa għal kull min jitniffes. JOSEPH ABELA GĦEX L-IRVELLIJIET TAT-28 T’APRIL 1958 “Bdejna nibżgħu neżlin għax kull fejn tara s-suldati jimmarċjaw, għassa.” L-Ingliżi arrestaw disgħa u disgħin persuna, b’ħafna minnhom weħlu sentenza ta’ ħabs fosthom l-eks Ministri Laburisti Patrick Holland, Bertu Hyzler u Agatha Barbara. Illum dawn u s-suldati l-oħra tal-azzar ma jintesewx.

Everyone Ignored Him… Until He Played | GUITAR PRO pretended TO BE HOMELESS

Vojna za Slovenijo 1991 - drugi del

JISSOKTA L-ĠURI TA’ YORGEN FENECH

Le PM : «Personn pan poz la kestyon be kifer Ramgoolam pe fer reform ?

Cooking A Massive Lamb Pilaf For a Mountain Village Feast!

Forza Valletta City Documentary

Worse Than His Nazi Father — Martin Bormann's Son Who Became a Priest

94 Year-Old Grandmother Living Alone at the Edge of the World Far From Civilization

IL-LESTA TNIEDI RONDI FIL-BAJJIET

JATTAKKA L-KOMUNIKAZZJONI TAL-PN

Jum il-Ħelsien

Trump delivers ominous warning to political opponents at America 250 event

SAM ČUVA 850 OVACA I ŽENIO BI SE, ALI ŽENE VOLE SAMO PARE

Unbelievable Smart Worker & Hilarious Fails | Construction Compilation #5 #adamrose #smartworkers

Upozorenje kardiologa: Jutarnje navike koje povećavaju rizik od srčanog udara – Greška od 30 sekundi

“You’ll Never Be Like Us.” Until 500KG Happened 🔥

Triolet : Navin Ramgoolam revient sur les mesures du Budget 2026

160 KG VILLAGE MONSTER - The ANOMALY Nobody Can Explain - SUPERHUMAN ANDREY SMAEV

INTERVENTI TA’ TISBIĦ

