L-ISPORT B’TITJIB GĦALL-BENESSERE

ONE.COM.MT • L-investiment fl-isport ikompli jtejjeb il-benessere tan-nies. Fil-fatt, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, tkellem dwar kif fost il-miżuri li jiġu ntrodotti fl-ewwel mitt jum ta’ din il-leġiżlatura, hemm il-proġett pilota ta’ lezzjonijiet tal-għawm b’xejn għat-tfal tal-Kottonera li għandhom bejn it-3 u l-5 snin.