Nadurawk ja ħobz tas-sema.

Aktar minn mitt sena ilu, fl-okkażżjoni tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li kien sar Malta, Dun Karm Psaila kien intalab jikteb innu reliġjuż. Dak l-innu, ‘T’adoriam Ostia Divina’, jew kif inhu magħruf Malta ‘Nadurawk ja Ħobż tas-Sema’, inxtered mal-ewwel f’pajjiżi oħra, b’mod speċjali fl-Italja Fl-1913 Dun Karm kien diġa qed jikteb bil-Malti, iżda biex jinftiehem mal-barranin li kienu preżenti għall-kungress, kiteb dan l-innu bit-Taljan. Kien fl-aħħar snin li bdiet titqajjem kuxjenza biex dan l-innu jkun attribwit lil poeta nazzjonali Dun Karm Psaila u lis-surmast Joseph Caruana. Dan l-innu jitkanta wkoll bir-Rumen, bil-Franċiż, bl-Ingliż u bl-Ispanjol, apparti bil-Malti u t-Taljan. Jispjega li dan jitkanta wkoll f’diversi stati fl-Istati Uniti, fil-Kanada u l-Awstralja, u saħansitra fil-Vatikan. Għaldaqstant, aktar minn 100 li nkiteb, ‘Nadurawk ja Ħobż tas-Sema’ jibqa wieħed mill-aktar innijiet li jindaqq mhux biss fil-knejjes Maltin, iżda wkoll fl-Ewropa.