Andrew Azzopardi on RTK103 | 4 ta' Novembru 2023

Intervista mal vittma ta’ frame-up Emanuel Camilleri qatta’ kważi 400 jum il-ħabs wara li kien vittma ta’ frame-up, fuq akkużi li abbuża minn bintu. L-istorja kienet ġibdet attenzjoni fuq livell nazzjonali, u laħqet il-qofol tagħha meta l-istess bint, waqt il-programm Xarabank, kienet iddikjarat li l-akkużi li għamlet dwar missierha kienu foloz. Matul il-programm se jiġu diskussi wkoll: Il-Politika mal-Kelliem għall-Oppożizzjoni Dr Mark Anthony Sammut Il-Budget: Diskussjoni mal-accountant Dr Ivan Grixti kif ukoll in-negozjant Charles Theuma. Waqt il-programm ser isiru wkoll interventi minn Dr Stephanie Fabri, Josef Vella mill-UHM, Joseph Farrugia mill-MEA, Josef Bugeja mill-GWU kif ukoll Abigail Mamo mic-Chamber of SMEs Li tkun mara huwa żvantaġġ? Jitkellmu Dr Claire Azzopardi Lane kif ukoll Dr Maria Pisani. Isir ukoll intervent telefoniku mill-Psikologa Dr Roberta Attard Ġurnaliżmu: Diskussjoni mal-ġurnalist John Sweeney