30 SENA MIT-TRAĠEDJA TAL-UM EL FAROUD

ONE.COM.MT • Tletin sena ilu, tard bil-lejl, Malta kienet inħasdet minn splużjoni kbira li żviluppat fit-Tarzna. Il-ħajja ta’ disa’ ħaddiema kienet inħasdet b’mod traġiku abbord it-tanker Um El Faroud. Il-kollegi Aymen Grech Pace u Dylan Caruana ltaqgħu ma’ ħu wieħed mill-vittmi, li qalilna li dakinhar lanqas kellu jkun xogħol fuq dak il-bastiment misħut.