LIAM DEBONO JINĦELES MILL-ARREST

ONE.COM.MT - Liam Debono, iż-żagħżugħ ta’ sbatax-il sena li qed jiġi mixli bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri meta tajru b’karozza Mercedes f’nofs Mejju li għadda, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ għaxart elef ewro u garanzija personali ta’ 40 elf ewro. Dan wara li l-Qorti Kriminali qalet li Debono huwa minuri u għandu bżonn għajnuna speċjali. Huwa żied jgħid li jkun kontroproduttiv li ż-żagħżugħ jibqa’ jinżamm fil-ħabs ta’ Kordin. Debono kien ilu jinżamm arrestat mis-16 ta’ Mejju li għadda, minkejja li kemm-il darba wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.