AKKUŻI TA’ VOTI IRREGOLARI FAVUR ALEX

ONE.COM.MT • Sigħat biss wara l-votazzjoni konfuża u nieqsa mit-trasparenza għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, mirbuħa minn Alex Borg b’44 vot biss maġġoranza, it-tim ta’ Adrian Delia ressaq ilment formali mal-partit fejn qed jiddubita serjament mill-validità tal-ħatra. Dawn saħansitra qed jakkużaw lill-partit b’manipulazzjoni ta’ tesserati li, skonthom, lanqas kellhom dritt jivvotaw.