Daniel Cauchi - Niftakarna

Niftakarna Kant: Daniel Cauchi Kliem: Michael Spagnol Mużika: Daniel Cauchi, Chris Gatt u Robert Spiteri Produzzjoni tal-Mużika: Chris Gatt Mixing: Josh Tyrrell Mastering: Simon Francis Backing Vocals: Francesca Bezzina Kunċett: Yanis Azzopardi u Rodney Camilleri Gauci Direzzjoni u Fotografija: Rodney Camilleri Gauci | Nest Creative Lab Produzzjoni: Yanis Azzopardi | Ponder & Pitch Atturi: Joe Farrugia, id-Dulli u Veronica Farrugia Operatur tal-Kamera: Marco Bartolo Assistent tal-Kamera: Matteo Calleja Tonna Koordinatur tal-Produzzjoni: Sarah Micallef Muscat Muntaġġ: Marco Bartolo u Matteo Calleja Tonna Kull dritt miżmum: 2026 Ponder & Pitch x Nest Creative Lab Lirika: Niftakarha jien għalik l-arja tfuħ ta’ nofs April meta ltqajna l-ewwel darba, l-ewwel bewsa – triq imwarrba niftakarna nhar ta’ Ħadd naraw film jew ninżlu x-xatt ħalqna dqiq u ħobż biż-żejt, ġilda samra – baħar żejt Qabel tinsa kemm bkejna kemm fraħna kemm tlifna kemm irbaħna – aħna x’aħna Qabel tinsa il-ħoss ħelu ta’ isimna u kull kisra ta’ leħinna Ma ġara xejn anki jekk ma tiftakarx tinkwieta xejn, tinkwieta xejn Ma ġara xejn anki jekk għalissa nsejt Ma ġara xejn, ma ġara xejn ngħannqek jien minn taħt l-ilsien qisu qatt, qatt m’għadda ż-żmien jekk din xortija, jekk din xortik, niftakarna jien għalik Niftakarna nixtru d-dar, kċina tfewwaħ f’nofsinhar filgħaxija għall-frisk fil-ġnien ħarsa waħda ħafna kliem qisu lbieraħ, x’waħda din, meta għedna lil xulxin li xejn iktar ma nixtiequ li t-tnejn flimkien nixjieħu Qabel tinsa il-ħoss ħelu ta’ isimna u kull kisra ta’ leħinna Ma ġara xejn anki jekk ma tiftakarx tinkwieta xejn, tinkwieta xejn Ma ġara xejn anki jekk għalissa nsejt Ma ġara xejn, ma ġara xejn Kull memorja f’din l-istorja ritratt sepja qed jisfar fejn ħarbilna? Iż-żmien… Ma ġara xejn anki jekk ma tiftakarx tinkwieta xejn, tinkwieta xejn Ma ġara xejn anki jekk għalissa nsejt Ma ġara xejn, ma ġara xejn Ma ġara xejn anki jekk ma tiftakarx tinkwieta xejn, tinkwieta xejn Ma ġara xejn anki jekk għalissa nsejt Ma ġara xejn, tinkwieta xejn niftakarna jien għalik