DEBBA SALVATA MINN DAR FIL-MARSA TINGĦATA ĊANS IEĦOR

ONE.COM.MT • Dan hu l-istat li fih din id-debba instabet mill-uffiċjali tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali wara rapport anonimu li daħlilhom. Din id-debba instabet f’dar fil-Marsa tgħix fil-ħmieġ u bil-ġuħ. Id-Direttur tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali, Patricia Azzopardi spjegat ma’ ONE News kif din is-sejba saret wara rapport anonimu dwar klieb abbandunati. Madankollu meta marru fid-dar, l-uffiċjali ma sabux klieb iżda debba fil-bitħa tad-dar. PATRICIA AZZOPARDI DIRETTUR TAD-DIPARTIMENT GĦALL-ĦARSIEN TAL-ANNIMALI “L-uffiċjali tagħna qabdu u marru fuq il-post u meta waslu sabu lis-sid u fetħilhom, staqsewh jekk kienx hemm xi klieb li mhux qed iżommhom b’mod xieraq u qalilhom li għandu debba fil-fatt u qiegħda ġo bitħa. Daħlu jispezzjonaw biex jaraw id-debba kif inhi u sfortunatament sabu li din id-debba qiegħda f’sitwazzjoni ħażina ħafna.” Din id-debba issa qed tingħata ċans ieħor mal-RMJ Horse Rescue li taħt it-tmexxija ta’ Korin Farrugia, tim ta’ voluntiera b’ħafna dedikazzjoni bħalissa qed jieħdu ħsieb ħamsa u sebgħin żiemel salvati minn ħalq il-mewt. Korin spjegat kif wara li jaraha veterinarju, id-debba tibda tingħata l-ikel bil-mod il-mod sabiex tiġi mgħejjuna tikseb saħħitha lura. KORIN FARRUGIA MINN RMJ HORSE RESCUE “Jaraha t-tabib u imbagħad bażikament nimxu fuq il-gwida tiegħu. Jiġifieri jara x’hemm bżonn, x’affarijiet għandna bżonn intuha, jekk għandiex bżonn test tad-demm eċċ, u imbagħad nibdew ngħalfuha bil-mod ħafna ħafna. Jiġifieri meta tkun f’debba f’dan l-istat li ovvjament tkun batiet il-ġuħ importanti li l-ġwies inżiduhulha ftit ftit biex qisna ma nagħtux xokk lil ġisem tagħha stess.” Korin Farrugia spjegat kif d-destin ta’ dawn iż-żwiemel jiddependi ħafna mill-għajnuna tal-pubbliku. Qalet kif il-pubbliku għandu l-opportunità li jiffinanzja l-ħarsien ta’ żiemel sakemm dan jiġi addotat u jingħata dar permanenti. KORIN FARRUGIA MINN RMJ HORSE RESCUE “Ovvjament il-piż finanzjarju huwa kbir speċjalment għal dan l-ammont kbir ta’ żwiemel u meta jkollna każijiet bħal dawn li dejjem jeħtieġu każijiet speċjali. Jiġifieri jistgħu jgħinuna finanzjarjament, jistgħu jgħinuna billi jiġu jagħmlu l-volontarjat hawnhekk ukoll.” Kull min jixtieq jagħti daqqa t’id finanzjarjament biex din id-debba issa tingħata ċans ieħor, jista’ jagħmel dan billi jidħol fuq il-paġna ta’ facebook tal-RMJ Horse Rescue u hemmhekk isib id-dettalji kollha neċessarji.

JILMENTA LI DAQSHEKK INKJESTI FUQ ‘HEARSAY’
▶︎

JILMENTA LI DAQSHEKK INKJESTI FUQ ‘HEARSAY’

Santo Rosário | Sexta-feira | 04:00 | 12/06/2026 | Live Ao vivo
▶︎

Santo Rosário | Sexta-feira | 04:00 | 12/06/2026 | Live Ao vivo

‘Ujë me karafil’ trendi që po bën namin / KUJDES! Thirrja e Altin Jokës
▶︎

‘Ujë me karafil’ trendi që po bën namin / KUJDES! Thirrja e Altin Jokës

It-tfajliet li jagħtu ħajja ġdida liż-żwiemel ikkundannati għall-mewt
▶︎

It-tfajliet li jagħtu ħajja ġdida liż-żwiemel ikkundannati għall-mewt

Even kids will love eggplants with this delicious recipe! Easy and cheap eggplant recipe!
▶︎

Even kids will love eggplants with this delicious recipe! Easy and cheap eggplant recipe!

Santo Rosário | 26° Dia | Quaresma 2026 | 19/03 | 03:40 | Live Ao vivo
▶︎

Santo Rosário | 26° Dia | Quaresma 2026 | 19/03 | 03:40 | Live Ao vivo

RMJ Horse Rescue | EP: 33, part 2 | The Local Traveller with Clare Agius | Malta
▶︎

RMJ Horse Rescue | EP: 33, part 2 | The Local Traveller with Clare Agius | Malta

Frankreich – Schweden Highlights | Sechzehntelfinale, FIFA WM 2026 | sportstudio
▶︎

Frankreich – Schweden Highlights | Sechzehntelfinale, FIFA WM 2026 | sportstudio

RMJ Horse Rescue Malta
▶︎

RMJ Horse Rescue Malta

Niederlande - Marokko, Highlights mit Livekommentar | FIFA WM 2026 | MAGENTA TV
▶︎

Niederlande - Marokko, Highlights mit Livekommentar | FIFA WM 2026 | MAGENTA TV

TV ART SLIDESHOW 24/7 | Vintage Floral Gallery 🌼4K Framed Art Screensaver for Living Room
▶︎

TV ART SLIDESHOW 24/7 | Vintage Floral Gallery 🌼4K Framed Art Screensaver for Living Room

The amazing invention of a 65-year-old carpenter amazed engineers! Homemade woodworking tools.
▶︎

The amazing invention of a 65-year-old carpenter amazed engineers! Homemade woodworking tools.

شبكات | دم الصيباري وبطولة بونو.. تأهل درامي لأسود الأطلس
▶︎

شبكات | دم الصيباري وبطولة بونو.. تأهل درامي لأسود الأطلس

RMJ Rescue - in-nies li jsalvaw liż-żwiemel li ħadd ma jrid
▶︎

RMJ Rescue - in-nies li jsalvaw liż-żwiemel li ħadd ma jrid

65 Year Old Carpenter Invented This Genius Woodworking Tool – Engineers Were Shocked!
▶︎

65 Year Old Carpenter Invented This Genius Woodworking Tool – Engineers Were Shocked!

Tyson Fury's Big Gypsy King lands a 25/1 knockout blow at Cartmel | Full Race | Racing TV
▶︎

Tyson Fury's Big Gypsy King lands a 25/1 knockout blow at Cartmel | Full Race | Racing TV

Deutschland – Paraguay Highlights | Sechzehntelfinale, FIFA WM 2026 | sportstudio
▶︎

Deutschland – Paraguay Highlights | Sechzehntelfinale, FIFA WM 2026 | sportstudio

CSR Initiatives - RMJ Horse Rescue
▶︎

CSR Initiatives - RMJ Horse Rescue

RMJ'S HORSE RESCUE'S FINAL PITCH
▶︎

RMJ'S HORSE RESCUE'S FINAL PITCH

Elfenbeinküste – Norwegen Highlights | Sechzehntelfinale, FIFA WM 2026 | sportstudio
▶︎

Elfenbeinküste – Norwegen Highlights | Sechzehntelfinale, FIFA WM 2026 | sportstudio