IL-PULIZIJA SSOLVI L-OMIĊIDJI KOLLHA LI SEĦĦEW FL-2019
ONE.COM.MT •Il-Pulizija solviet l-omiċidji kollha li seħħew matul l-2019 b’din is-sena tiġi mniżżla wkoll bħala l-anqas sena li fiha seħħew omiċidji tul dawn l-aħħar dsatax-il sena. Fl-elfejn u dsatax b’kollox inqatlu erba’ persuni fi tliet omiċidji separati u l-Pulizija b’kollox ressqet ħames persuni mixlija b’dawn ir-reati. Din is-sena wkoll il-Pulizija sovliet ukoll każ taż għajbien ta’ tfalja li seħħ ħdax-il sena ilu. Każ li beda jitqies bħala omiċidju wara li raġel ammetta mal-Pulizija li qatilha u ħa lill-investigaturi fil-post fejn kien ħeba l-katavru tagħha fil-Belt. Aktar dettalji fis-servizz ta’ Kyle Mifsud. KITBA: KYLE MIFSUD FILMATI: ONE CREW Il-Pulizija u l-iskwadra tal-omiċidji mmexxija mill-Ispetturi Keith Arnaud, Kurt Zahra u James Grech solviet l-omiċidji kollha li seħħew matul din is-sena. L-elfejn u dsatax kienet l-anqas sena li fiha kellna omiċidji f’dawn l-aħħar dsatax-il sena. Din is-sena f’pajjiżna kellna tliet omiċidji li ħallew warajhom erba’ vittmi. L-ewwel omiċidju tas-sena seħħ fis-sitta u għoxrin ta’ Marzu meta r-raħal ta’ Ħal Għaxaq inħasad bl-aħbar tal-mewt makabru ta’ Maria Lourdes Bonnici u bintha Angele Bonnici. Wara jumejn irrapportati nieqsa, il-Pulizija sabet il-katavri tal-omm u l-bint f’għalqa fi Triq Santu Kristu f’Ħal-Għaxaq stess. Dwar dan il-każ il-Pulizija arrestat u xliet lil Joseph Bonnici, iben u ħu l-vittmi. Fil-Qorti nstema’ kif in-nisa nqatlu permezz ta’ daqqiet f’rashom u wara ġew sparati tiri minn arma tan-nar. It-tieni qtil tas-sena seħħ fis-sitta t’April f’Ħal Far. Dakinhar żewġ persuni sparaw tiri fuq tliet immigranti li kienu mexjin biswit iċ-ċentru miftuħ minn karozza, b’ Lassana Cisse Soleyman jinqatel kiesaħ u biered b’tir f’rasu waqt li ż-żewġ immigranti l-oħra ndarbu serjament. Il-ħidma tal-invesitgaturi wasslet biex il-każ jiġi solvut madwar xahar wara meta arrestat żewġ suldati żagħżagħ, Lorin Scicluna u Francesco Fenech/ Huma ġew mixlija li qatlu lil Lassana f’dak li hu meqjus bħala l-ewwel qtil b’motivazzjoni razzjali. L-aħħar omiċidju tas-sena seħħ fid-29 ta’ Novembru meta l-Pulizija sabet raġel mixħut f’għadira demm quddiem il-monument tar-Repubblika fil-Marsa. Wara jiem ta’ investigazzjoni l-Pulizija ressqet żewġ Somali l-Qorti u akkużathom bil-qtil tal-ġuvni ta’ 25 sena mill-Eritrea. Din is-sena wkoll il-Pulizija bdiet tqis ukol l-għajbien ta’ Charlene Farrugia bħala omiċidju. Hija kienet ġiet irrappuratata nieqsa f’Novembru ta’ ħdax-il sena ilu meta dak iż-żmien kellha ħamsa u għoxrin sena. Dan il-każ ħa żvolta ġdida fid-dsatax ta’ Lulju meta l-Pulizija kienet qed iżżomm lil John Paul Woods li dakinhar kien akkużat li wettaq serqa u żamm erba’ persuni kontra r-rieda tagħhom f’ħanut tal-merċa fil-Gżira. Waqt li kien qed jiġi interrogat mill-Pulizija huwa qal li kellu informazzjoni dwar l-għajbien ta’ Farrugia u sostna li allegatament kien hu li qatilha u ħeba biċċiet mill-katavru tagħha f’daħla fis-sur tal-Belt. Huwa ħa lil Pulizija fil-post fejn kien ħeba l-katavru fejn testijiet tad-DNA kkonfermaw li l-għadam li nstab kien verament tat-tfajla Maltija minn San Pawl il-Baħar.

TMIEN PERSUNI NQATLU MATUL IS-SENA 2017

JITKELLEM DWAR OFFERTA TA’ €1,500 BIEX IL-KOĦĦU MA JSEMMIHOMX

KIF KIEN IPPJANAT U SEĦĦ IL-QTIL TA' DCG.

Kien ilu jixrob erba' sigħat qabel ma nqatel.

Żewġ katavri misjuba,wieħed f'ħofra fl-art u ieħor fil-baħar.

25 SENA MILL-QTIL LI KEXKEX PAJJIŻ

Jkompli l-ġuri dwar il-qtil f'Pembroke ta' Louis Ellul

Aktar minn 30 mara f'Malta nqatlu

Paul Degabriele inqatel b'ħames tiri ta' pistola.

Compensation sought for the murder of Lino Cauchi 39 years ago with Dr Peter Fenech and Dione Borg

Delitti f'Malta matul is-sena 2013.

SOLVUTI ĦAMES MINN SITT OMIĊIDJI MATUL L-2018

Delitti fis-sena 2012

Inside the Largest Wood Sawmill Factory – How Plywood Is Made From Logs to Table (Full Process)

MIXLIJA B’ATTENTAT TA’ QTIL TA’ SEBA’ PERSUNI

RAĠEL JITLEF ĦAJTU F'INĊIDENT TAT-TRAFFIKU IKRAĦ F'ĦAL LUQA

Epstein fallout panic: new details from a tense White House meeting

“Wara l-qtil ta’ Raymond Caruana kienu nstabu t-traċċi ta’ sparar fuq 3 persuni”

Epstein files release sent White House into CRISIS MODE: Report

