SFIDUĊJAT LIL DELIA BIEX TITĦABBEB MA’ TA’ BUSUTTIL
ONE.COM.MT • Kristy Debono ivvutat kontra Adrian Delia għax ma ħafritilux li ma iddefendiex biżejjed lilha u lil żewġha Jean Pierre Debono. Dan huwa żvilupp ieħor fil-kobba mħabbla fil-Partit Nazzjonalista hekk kif nies qrib Delia qalu li l-Kap ħadha bi kbira u qed iqis bħala tradiment dak li għamlu Kristy Debono u Herman Schiavone. Dawn iż-żewġ deputati sfiduċjaw lil Adrian Delia. KITBA NICOLE BUTTIGIEG FILMAT ARKIVJI Persuni qrib l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għadhom qed jippruvaw iniżżluha kif d-deputati Nazzjonalisti Kristy Debono u Hermann Schiavone tradew lil Delia u sfiduċjawh. Sorsi fid-Dar Ċentrali qalulna li wieħed mill-ikbar dispjaċiri u diżappunti ta’ Adrian Delia huwa li Debono u Schiavone tradewh u vvutaw kontrih. Sorsi qalulna li Kristy Debono ivvutat kontra Adrian Delia għax ma ħafritilux li ma iddefendiex biżżejjed lilha u lil żewġha Jean Pierre Debono. F’Ottubru illi għadda Jean Pierre Debono kellu jirriżenja minn koordinatur politiku tal-Partit Nazzjonalista, wara sajf jaħraq ta’ ġlied bejn il-fazzjoni Busuttil u l-fazzjoni ta’ Delia. Filwaqt li fi Frar ta’ din is-sena Kristy Debono rriżenjat minn President tal-Kunsill Ġenerali. Jidher li l-koppja Debono dejjem stenniet li Adrian Delia se jiddefendihom aktar, għax huma ħadmu qatigħ sabiex Delia jilħaq Kap. Il-fazzjoni Busuttil ma tantx għandhom grazzja ma’ Kristy u Jean Pierre Debono. Filfatt huma kienu irriżenjaw mill-karigi tagħhom fl-amministrazzjoni tal-Partit, f’tentattiv sabiex Adrian Delia jipprova jgħaqqad il-Partit. Sorsi qalulna li la ħallsu prezz bil-kariga tagħhom, Kristy Debono ingħaqdet mad-deputati tal-fazzjoni Busuttil, u sfiduċjat lil Delia. Dan anki jekk d-deputati tal-fazzjoni Busuttil ma kinux iniżżlu ta’ Debono. L-istess sorsi fid-Dar Ċentrali qalulna li Kristy Debono użat dan il-vot sabiex titħabbeb mal-fazzjoni Busuttil. Dan f’kuntest li Kristy Debono tixtieq tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss iżda taf li jekk Adrian Delia jitlef l-elezzjoni ġenerali u jkollu jwarrab, hi m’għandiex futur twil fil-Partit Nazzjonalista. Minn naħa tiegħu f’kummenti ma’ ONE News ,Hermann Schiavone qal li huwa sfiduċja lil Adrian Delia sabiex il-Partit Nazzjonalista jieħu r-ruħ. HERMANN SCHIAVONE DEPUTAT TAL-PN Favur li l-partit jieħu r-ruħ.

Paraguay – Frankreich Highlights | Achtelfinale, FIFA WM 2026 | sportstudio

أثارت الجدل.. بطلة العالم غفران بالخير تلتحق بالمنتخب الألماني.. هكذا كانت ردود الأفعال..

Man Builds Stunning SWIMMING POOL In His Backyard | Start To Finish By @Eric Le Carreleur

Worst Plane Landing Fails Caught on Camera

Why Iran's unseen leader remains in the shadows • FRANCE 24 English

USA – Bosnien-Herzegowina Highlights | Sechzehntelfinale, FIFA WM 2026 | sportstudio

Trump mixes patriotism and partisanship in polarizing July 4th speech

Bil-Fatti OneTV | 26 ta' Ġunju 2026

Pavlovi hrozí na summitu NATO ponížení, míní Pospíšil. Vondráček vidí ve sporu truc prezidenta

Inside the Mossad

Trump Heads to NATO Summit; Oil Swings as Hormuz Flows Persist | Bloomberg Daybreak: US Edition

DeSantis Shares His Unvarnished Reaction To Supreme Court's Birthright Citizenship Decision

Révoquée du SIT : Le grand déballage de Nishta Jooty-Needroo sur Téléplus

The Bankers Who Funded Hitler During WWII — And Got Away With It

No plans for DOGE after-action report, Russ Vought says; CIA restructures tech, acquisition offices

ILLEJLA XOWS TAN-NAR F’ĦAL LUQA

JISSOKTA L-ĠURI TA’ YORGEN FENECH

Unbelievable Train Moments Caught on Camera

Underrättelseexperten: Putins lögner • Då skjuts han • Ryska misslyckandena

