JINŻAMM ARRESTAT L-AKKUŻAT BIL-QTIL TA’ BUSUTTIL

ONE.COM.MT • Inżamm arrestat Mohamed Hamdan - l-akkużat bil-qtil ta’ Jean Paul Busuttil, li nqatel il-Ħadd filgħodu b’tiri ta’ arma tan-nar wara sempliċi ħabta fil-Bidnija. L-imputat huwa Libjan, li ilu jgħix f’pajjiżna mid-disgħinijiet, ġie arrestat minnufih fuq il-post wara dan l-ewwel omiċidju tas-sena.