ĠURNALISTI AGGREDITI MINN FOLLA RASHA SĦUNA.

ONE.COM.MT • Folla organizzata mid-Dar Ċentrali qajmet storbju sħiħ quddiem il-qorti għax Jason Azzopardi kellu jidher f’kawża ta’ ċittadin privat li bħalha jsiru mijie. L-istess persuni msejjħa minn Tal-Pieta aggredew ukoll il-ġurnalisti tagħna meta marru biex jistaqsu lil Simon Busuttil. Busuttil ma kienx komdu jwieġeb il-mistoqsijiet u nħeba wara l-aġir agressiv tal-partitarji tiegħu.