Sammy Bartolo - Kemm Hu Sabiħ.
Awtur - Ray Mahoney Kantant - Sammy Bartolo Kemm hu sabiħ li f’dell is-sħab imtaqqal Biex tara d-dlam żagħżugħ għajnejk tagħlaqhom Kemm hu sabiħ li torqod u tistembaħ U tibqa tara d-dlam għalkemm tiftagħhom, ħsibt Kemm hu sabiħ li tgħix u tgħajjex darba F’ħin wieħed biss ġo ħin li ma jafx temma Kemm hu sabiħ li tgħix żagħżugħ għal dejjem Għax huwa żmien li jisraq kull ma ksibt Ħalliha x-xemx fi tlugħha bħal finżulha Issibek tmelles riħ iċ-ċparijiet Ħalliħ il-qamar jilgħab ma l-iżbula Tal-qamħa li trid tmut biex trodd ħajjiet Kemm hu sabiħ li titla l-qċaċet kollha U tinżel fl-idlam wied f’qigħan moħbija Kemm hu sabiħ li minsi tkun mill-folla U ismek isir wens għal qalbek biss Ħalliha x-xemx fi tlugħha bħal f’inżulha Issibek tmelles riħ iċ-ċparijiet Ħalliħ il-qamar jilgħab ma l-iżbula Tal-qamħa li trid tmut biex trodd ħajjiet Kemm ħu sabiħ jekk jisbaħ bla ma jidlam Jew jidlam bla ma l-qalb il-biża tħabbat Kemm hu sabiħ jekk tibqa tiddi l-kewkba Se jsib il-port sajjied fuq mewġ isabbat, ħsibt Kemm hu sabiħ li tibqa tgħix sa l-aħħar U l-aħħar jisfa l-bieb biex terġa tibda Kemm hu sabiħ dal-kliem la darba nemmnu U nemmnu naf għax lilu f’għanja ktibt

KEMM HU SABIĦ (bil-lirika) ~ Sammy Bartolo / New Cuorey
![Sammy Bartolo - Kemm Hu Sabiħ [Official Video]](https://i.ytimg.com/vi/zlgYN3FH-0M/hqdefault.jpg?sqp=-oaymwEjCNACELwBSFryq4qpAxUIARUAAAAAGAElAADIQj0AgKJDeAE=&rs=AOn4CLA6Yv1WWQS74sUtkXcY2gP8f6BGHA)
Sammy Bartolo - Kemm Hu Sabiħ [Official Video]
![Imħabba Projbita [ Ipokriti ] - Hermann Bonaci](https://i.ytimg.com/vi/OUC5uacJzsI/hqdefault.jpg?sqp=-oaymwE9CNACELwBSFryq4qpAy8IARUAAAAAGAElAADIQj0AgKJDeAHwAQH4Af4EgALgA4oCDAgAEAEYEyAgKH8wDw==&rs=AOn4CLCHER5P8LMLucxxtJcoGCLP6ydwxw)
Imħabba Projbita [ Ipokriti ] - Hermann Bonaci

BODYBUILDERS Laughed at Him Again… Until Anatoly Was ATTACKED 😱💪🧹 | Gym Prank GONE Wild

KEMM HU SABIĦ - MIAF 2020

Xemx

Quddiem L-Inkwatru Tal-Madonna - Gillian Attard

Mużika Mużika 2024 - Kemm Hu Sabiħ - Serata tal-Klassiċi

GĦAJNEJN SBIEĦ (bil-lirika) ~ Sammy Bartolo / New Cuorey

Il-Bajja tal-Mellieha by Sammy Bartolo with lyrics

Għaddi s'Hawn - Shanice (Kemm Hu Sabiħ)

Ħdejk - Julie Zahra

Ira Losco - Fejn Stahbejtli?

Haley - Kemm Hu Sabiħ (Live)

Xemx

Id-Dgħajsa tal-Latini - Sammy Bartolo | New Cuorey

Malta Bums - L-ewwel tfajla li habbejt

