Ersaq Qrib - Pamela, Glen, Angela (Official Music Video)

Music by: Pamela Bezzina Lyrics by: Pamela Bezzina and Angela Tirchett Vocal Arrangement: Pamela Bezzina Voice Recording: Aldo Spiteri at Wicked and Loud Studio Music Arrangement / Production: Elton Zarb and Pamela Bezzina at Wicked & Loud Studio Malta Mixing and Mastering: Elton Zarb D.O.P.: Victor Abela Video Direction: Chantal Fenech All rights reserved Lyrics: Għadda ftit taż-żmien, ‘ma r-rakkont xejn ma nbidel Ġrajja minn tfulit’ilni naf Ta’ twelid Divin illi dawwal id-dinja Jagħti sens lill-umanita’ Tgħid fhimnieh? Kliemu tgħid insejnieh? Tgħid id-dawl tfejnieh? Hemm f’maxtura f’Betlem ġewwa għar Iben Alla, bniedem sar Nissel f’qalbi tama għall-ġejjien U flimkien, vjaġġ nibdew, int u jien! Forsi qatt ma fhimt Kif diċ-ċkejkna tarbija Ġiet f’din l-art biex trattab il-qlub (Rep: ġiet f’din l-art, ġiet f’din l-art biex tagħti dawl u tama) Fis-sempliċita’ Għex u wassal il-Kelma Għax Hu t-triq, għax Hu l-verita’! Żmien li mar 'Ma l-messaġġ għadu ċar Dal-miraklu sar! Hemm f’maxtura f’Betlem ġewwa għar Iben Alla, bniedem sar Nissel f’qalbi tama għall-ġejjien U flimkien, vjaġġ nibdew, int u jien! Ersaq qrib, qalbek iftaħ ħabib, Kun id-dawl, xandar int, l-aħbar! Iben Alla, bniedem sar Nissel f’qalbi tama għall-ġejjien U flimkien, vjaġġ nibdew, int u jien! Lejn it-triq, li twassaln’għall-ħelsien Ersaq qrib, din l-għanja għalik!