BEDA JDOQQ IL-QNIEPEN MILL-KON-KATIDRAL

ONE.COM.MT • Kien għadu student tas-sekondarja meta beda jinteressa ruħu fil-qniepen. Fis-servizz li jmiss se nisimgħu rakkonti ta’ Kampanoloġista li l-ewwel darba li daqq qanpiena, kien fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt. Huwa spjegalna s-sinifikat u anke użanzi antiki dwar id-daqq tal-qniepen. ITBA: LEANNE ABELA GRECH FILMAT: A. BORG / R. MIZZI Beda jdoqq billi jħabbat maċ-ċilindri tal-gass iżda l-ewwel esperjenza tiegħu fid-daqq tal-qniepen kienet fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann meta kien għadu student fl-iskola sekondarja ta’ San Albertu l-Kbir tal-Belt. Infatti, kien l-għalliem tiegħu tal-arti u d-disinn li kien irranġalu mas-sagristan biex idoqq il-qniepen ta’ wieħed mill-akbar monumenti storiċi ta’ pajjiżna. Dan huwa dak li rrakkontalna il-Kampanoloġista Rayden Mizzi, li tkellem magħna dwar l-esperjenzi tiegħu bħala studjuż tal-qniepen. Rayden beda jirrikordna l-qniepen tal-lokalitajiet viċin fejn joqgħod fl-2007 u minn dakinhar sal-lum baqa’ jkabbar il-proġetti tiegħu. Ovvjament, b’kurżità liema bħala, l-ewwel mistoqsija tagħna kienet xi jfisser id-daqq tal-qniepen. RAYDEN MIZZI KAMPANOLOĠISTA “Id-daqq ivarja ħafna, għax trid timxi skont il-liturġija tal-Knisja. Pereżempju jekk għandek it-2 ta’ Novembru ħafna mill-qniepen se jindaqqu b’mod ta’ niket, il-libra solenni jgħidulha. Jekk waslet il-festa tar-raħal ħa tisma’ l-qniepen b’nota ta’ ferħ, jiġifieri ħa tismahom kollha flimkien.” Infatti, anke d-daqq tal-qniepen fil-festi jvarja. Rayden tana eżempju kif fil-festa ta’ Santa Katerina taż-Żurrieq, jindaqqu t-tokki fuq il-qanpiena l-kbira bħala sinjal li daqt jibda n-nar tal-art. Iżda, fl-imgħoddi id-daqq tal-qniepen kien jinstema’ wkoll waqt xi maltempata, mhux biss iwissi dwar ix-xita qalila, imma għaliex kienu jemmnu illi bil-ħoss tal-qniepen il-maltemp kien jgħaddi. Iżda dik mhix l-unika kurżità tal-imgħoddi dwar il-qniepen. Il-Kampanoloġista qalilna b’dak li kien jiġri ftit qabel it-tokki ta’ nofsinhar meta n-nisa tad-dar kienu jippreparaw l-ikla għal żewġhom. RAYDEN MIZZI KAMPANOLOĠISTA “Fl-antik f’nofsinhar neqsin kwart kienu jindaqqu xi sbatax-il tokk tal-arloġġ biex ir-raġel tagħhom li jkun qed jaħdem fl-għelieqi jkollu sinjal illi jkun wasallu l-ħin biex imur jiekol id-dar.”

Roman Catholic Mass for June 28th, 2026: Thirteenth Sunday in Ordinary Time
▶︎

Roman Catholic Mass for June 28th, 2026: Thirteenth Sunday in Ordinary Time

TV ART SLIDESHOW 24/7 | Vintage Floral Gallery 🌼4K Framed Art Screensaver for Living Room
▶︎

TV ART SLIDESHOW 24/7 | Vintage Floral Gallery 🌼4K Framed Art Screensaver for Living Room

Jum il-Ħelsien
▶︎

Jum il-Ħelsien

تلاوة القرآن للدراسة والتركيز 📚🕛 | راحة وطمأنينة | Peaceful Focus Quran | محمد هشام
▶︎

تلاوة القرآن للدراسة والتركيز 📚🕛 | راحة وطمأنينة | Peaceful Focus Quran | محمد هشام

JIBDA X-XOGĦOL FUQ IL-PINETUM
▶︎

JIBDA X-XOGĦOL FUQ IL-PINETUM

The World's Largest Bevel Gear CNC Machine- Modern Gear Production Line. Steel Wheel Manufacturing
▶︎

The World's Largest Bevel Gear CNC Machine- Modern Gear Production Line. Steel Wheel Manufacturing

Mota 2 (2017 - 1,2,3,4,5 - Video) - Valletta MPS u San Duminku - Festa Titulari - 6 Qniepen
▶︎

Mota 2 (2017 - 1,2,3,4,5 - Video) - Valletta MPS u San Duminku - Festa Titulari - 6 Qniepen

“NIĠĠEDDU BIEX NIMPLIMENTAW IL-MANIFEST"
▶︎

“NIĠĠEDDU BIEX NIMPLIMENTAW IL-MANIFEST"

65 Year Old Carpenter Invented This Genius Woodworking Tool – Engineers Were Shocked!
▶︎

65 Year Old Carpenter Invented This Genius Woodworking Tool – Engineers Were Shocked!

Mota (L-Antiki - 2019 - 1,2,3,4,5) - Rabat G Santa Marija - L-Erbgħa tat-Tniebri - 5 Qniepen
▶︎

Mota (L-Antiki - 2019 - 1,2,3,4,5) - Rabat G Santa Marija - L-Erbgħa tat-Tniebri - 5 Qniepen

St John's Co-Cathedral (Malta Walks Guide - S01E01)
▶︎

St John's Co-Cathedral (Malta Walks Guide - S01E01)

Open ANY Lock without a key in a flash!Smart DIY Tips
▶︎

Open ANY Lock without a key in a flash!Smart DIY Tips

I have never eaten such delicious zucchini!  Nobody knows this recipe!  Only 2 ingredients!
▶︎

I have never eaten such delicious zucchini! Nobody knows this recipe! Only 2 ingredients!

How to Build & Sell AI Agents: Ultimate Beginner’s Guide
▶︎

How to Build & Sell AI Agents: Ultimate Beginner’s Guide

Moody Gardens Penguin Cam LIVE | Penguin Habitat Stream at the Aquarium in Galveston, Texas
▶︎

Moody Gardens Penguin Cam LIVE | Penguin Habitat Stream at the Aquarium in Galveston, Texas

Unbelievable Smart Worker & Hilarious Fails | Construction Compilation #5 #adamrose #smartworkers
▶︎

Unbelievable Smart Worker & Hilarious Fails | Construction Compilation #5 #adamrose #smartworkers

ASMR Addictive Fast Tapping Collection For Deep Sleep & Anxiety Relief (No Talking) — 2.5 Hours
▶︎

ASMR Addictive Fast Tapping Collection For Deep Sleep & Anxiety Relief (No Talking) — 2.5 Hours

Funny Football Moments That Actually Happened 😂
▶︎

Funny Football Moments That Actually Happened 😂

FRAMED LANDSCAPE OIL PAINTINGS | FRAMED ART
▶︎

FRAMED LANDSCAPE OIL PAINTINGS | FRAMED ART

Judge orders release of unredacted Epstein files as new subpoenas issued
▶︎

Judge orders release of unredacted Epstein files as new subpoenas issued