ADRIAN DELIA SFIDUĊJAT MID-DEPUTATI TIEGĦU
ONE.COM.MT • Fis-satra tal-lejl, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ġie sfiduċjat minn dsatax-il deputat fil-grupp parlamentari f’mozzjoni li preżenta Chris Said u sekondata minn Therese Comodini Cachia. Adrian Delia indirizza konferenza tal-aħbarijiet u qal li hu se jibqa jmexxi l-Partit Nazzjonalista. Barra d-dar ċentrali, l-partitarji ta’ Adrian Delia nfexxew f’tgħajjir lejn id-deputati tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil. Sejħulhom tradituri u ġakbini. Fis-servizz li jmiss se nsegwu dettalji ta’ kif żviluppaw l-affarijiet b’mod drammatiku fid-Dar Ċentrali fost ħafna ġlied u tgħajjir. KITBA N. BUTTIGIEG / K. MIFSUD FILMATI S. CUCCIARDI / A. BORG Lejl ta’ tensjoni u qtigħ il-qalb li ra lil Adrian Delia jiġi sfiduċjat minn Kap Nazzjonalista mid-deputati tiegħu stess. Dsatax-il deputat ivvutaw kontra l-Kap Adrian Delia u ħdax-il deputat ivvutaw favur il-Kap, f’vot sigriet li ttieħed wara rapport tat-Times wera komunikazzjoni kontinwa bejn Adrian Delia u Yorgen Fenech wara li sar magħruf li huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black. L-affarijiet mill-ewwel dehru li se jieħdu fit-tul. Kien għal ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija, barra d-Dar Ċentrali bdew jinġabru numru ta’ partitarji u tesserati Nazzjonalisti li jappoġġjaw lil Adrian Delia. Fost l-attivisti kienet tinħass arja tqila, tant li kien hemm xi nies ta’ Adrian Delia li spiċċaw jargumentaw bejniethom dwar min hu l-iktar leali lejn l-Kap. Tindaħalx aħna ta’ Delia vera, aħna mhux ġakbini. Kif kien żvela ONE News, matul il-ġurnata tat-Tlieta n-nies ta’ Adrian Delia bagħtu għadd ta’ messaġġi sabiex jinżlu barra l-istamperija u jagħtuh l-appoġġ. Bil-preżenza ta’ din il-folla, Adrian Delia ried jibgħat messaġġ lid-deputati li kienu se jivvotaw kontrih li hu għadu jgawdi l-appoġġ tat-tesserati. Barra d-Dar Ċentrali kien hemm preżenża ta’ uffiċjali tal-pulizija. Dan filwaqt li xi uffiċjali tas-sigurtà tal-Partit Nazzjonalista sakkru l-bibien tad-Dar Ċentrali fost l-għadab tan-nies li kienu anżjuzi jistennew barra l-verdett dwar Delia. Id-dar tagħna u għalqu l-bieb. Lil min tgħida din. Nies ta’ Adrian Delia bdew ilissnu kliem kontra d-deputati tal-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil. Oħrajn bdew jinstemgħu jistaqsu għaliex qegħdin jagħmlulu hekk lill-Kap tagħhom. Id-dispjaċir tan-Nazzjonalisti ta’ Delia kien evidenti. Intant kien ONE News li żvela li quddiem il-grupp parlamentari Nazzjonalista se titressaq mozzjoni biex jitressaq vot ta’ sfiduċja fil-Kap Adrian Delia. Kien id-deputat Chris Said li preżenta l-mozzjoni u kienet sekondata minn Therese Comodini Cachia. Filfatt is-sorsi tagħna fil-laqgħa tal-grupp parlamentari qalulna li Adrian Delia ried li d-deputati tiegħu juru kif ivvotaw iżda kellu jċedi għal pressjoni tad-deputati li sfiduċjawh u l-vot ittieħed b’mod sigriet. Sadanittant l-attivisti ta’ Adrian Delia, baqgħu hemm għal aktar minn sitt sigħat. F’ħin minnhom deher supretendent tal-pulizija dieħel fl-istamperija mill-garaxx hekk kif beda jitħejja pjan ta’ kordinament ta’ kif ħa jkunu eskortati n-nies li kienu ġewwa u riedu joħorġu. Ftit qabel is-siegħa ta’ filgħodu, ONE News b’mod esklussiv żvela li Delia kien sfiduċjat bin-numri eżatti tad-deputati favurih u dawk kontrih. L-aħbar ġriet mal-ewwel u dak il-ħin il-partitarji ta’ Delia ħarġu l-għadab tagħhom f’rabja u tgħajjir lejn id-deputati Nazzjonalist li kienu għadhom kemm sfiduċjaw il-Kap li tellgħu t-tesserati. Spikkaw il-kliem tradituri u ġakbini, fost dagħ u kliem faħxi lejn id-deputati tal-fazzjoni Busuttil. Lil Claudio Grech, il-miġemgħa barra d-Dar Ċentrali għajritu żerriegħa ta’ Austin Gatt. Kien hemm deputati oħra bħal David Thake, Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi li ma kellhomx il-kuraġġ jiffaċċjaw lill-partitarji nazzjonalisti u ħarġu minn bieb ieħor. Il-partitarji Nazzjonalisti infexxew jgħajjru wkoll lil Karol Aquilina hu u għaddej bil-karozza minn quddiem l-istamperija. Waqt dawn il-ġrajjiet drammatiċi jseħħu barra l-għatba tal-istamperija, spikka d-diżappunt. Lanqas rispett lejn it-tesserati m’għandhom ... merċinarji. Saħansitra ċertu partitarji Nazzjonalisti ta’ Delia bdew jarmu t-tessera. Ħa ħuduha. Hawn merċinarji hawn kontra l-kap. Li mhux se jieħdu voti mingħandi. La jekk jitla’ Claudio lee. Partitarji oħra tilfuha tant li bdew jeħduha ukoll mal-pulizija. Filwaqt li oħrajn nfexxew jgħajjru lil ġurnalisti ta’ dan l-istazzjon. Purċinella. Ejja għidli ħa nidibattu. Intant ftit wara li ttieħed il-vot, il-ġurnalisti daħlu ġewwa d-Dar Ċentrali hekk kif Adrian Delia indirizza konferenza tal-aħbarijiet u qal li se jibqa’ Kap. Wara l-konferenza huwa ħareġ mid-Dar Ċentrali u ntlaqa’ mill-partitarji. Spikka l-għajjat, Delia Delia.

KONFUŻJONI U ĠLIED WAQT L-ELEZZJONI TAL-PN

ADRIAN DELIA JINĦATAR KAP TAL-PN

DELIA U SAID GĦAL KAP TAL-PN

VO CENTAR BAN za Rubin Zemon za Goce Delcev!

OĦT CARUANA GALIZIA TKEĊĊI LIL ADRIAN DELIA

David Thake, Wayne Hewitt, Franco Debono, Jeremy Camilleri u George Tabone jistaqsu lil Adrian Delia

JUŻA L-AĦĦAR DISKORS TIEGĦU BIEX JATTAKKA LIL DELIA

Miriam Dalli u Roberta Metsola f'Dibattitu f'Xarabank

IT-TIENI DIBATTITU TAL-KAMPANJA

IN-NAZZJONALISTI TA’ DELIA MARRU JTUH L-APPOĠĠ

Il-Partit Nazzjonalista jirbaħ il-maġġoranza fis-Siġġiewi u anke fil-Mosta

"Ejjew ghinuni intom ukoll" - Adrian Delia lil David Thake u Wayne Hewitt

Kunsilliera u attivisti Nazzjonalisti jarmu t-tesseri barra l-bieb tad-Dar Ċentrali tal-PN

IS-SIEĦBA TA’ BUSUTTIL B’ATTAKK QAWWI FUQ DELIA

DELIA JINTILEF F’DAGĦDIGĦA DDISPRATA

Attivisti Nazzjonalisti ta' Adrian Delia barra d-Dar Ċentrali wara li ttieħed il-vot ta' sfiduċja

Xarabank - Tislima lil Glenn Grech

Xarabank - Dibattitu Politiku 10/03

LEST JARMI LIL PERICI CALASCIONE

